Minkejja li l-partiti qed iwiegħdu kollox, il-kampanja elettorali tibqa’ waħda kajmana waqt li tibqa’ tiddomina l-kriżi fl-Ukraina
Blog post minn osservatur politiku
Li twiegħed kollox lil kulħadd ma tistax treġġi f’kollox u kullimkien. Ma jistax ikun li ż-żewġ partit il-kbar qed iwiegħdu kull ma jiġi biex forsi jattiraw il-voti. Ma jistax ikun li dawn il-wegħdi kollha mingħajr ebda spjegazzjoni ta’ kif ġejjin il-flus ser iħallu l-effetti li donnhom qed jimmaġinaw iż-żewġ partiti.
Il-pajjiż kollu tagħna qed jiġi sottomess għal wegħdiet bla skrupli ta’ xejn. Kulħadd iwiegħed kull ma jiġi quddiem għajnejh lil kull min jista’ jakkwista l-vot minn għandu. Il-poplu Malti u Għawdxi huwa mistenni li jilagħbha ta’ udjenza tajba u interessata għal dak kollu li qed jintqal fil-kampanja elettorali.
Imma possibbli l-partiti qed jaħsbu li kulħadd qiegħed għassa tagħhom u ta’ dak kollu li qed iwiegħdu? Biss biss il-maġġoranza tal-poplu hija aktar interessata f’dak li hu għaddej fil-gwerra u aktar jaraw aħbarijiet li qed jitwasslu biex nifhmu verament il-komplikazzjonijiet ta’ dan it-terrur li ġġib magħha kwalunkwe gwerra.
Ix-xeni ta’ qsim il-qalb li qed nesperjenzaw mill-Ukraina qed ikollhom ħafna aktar effett fuq il-qlub Maltin u Għawdxin. Kulħadd kelma waħda, anke l-gazzetti lokali, li l-kampanja elettorali waqgħet fit-tieni pġost ta’ interess nazzjonali. Ħafna nies donnhom m’għadhomx interessati iżjed, jekk xi darba kienu, għal dawn l-offerti kollha li ħerġin minn ħalq il-politiċi tagħna. Ħafna qed iqisu l-kampanja elettorali bħala waħda kajmana u bla entużjażmu ta’ xejn tant li qed iddejjaq lil ħafna.
Donnu l-fatt li l-maġġoranza assoluta jemmnu li r-rebbieħ huwa diġa dikjarat, telfet mill-importanza ta’ kampanja elettorali kif nafuha s-soltu. Anke l-fatt li donnu kollox iffukat fuq dawn il-ħafna wegħdiet li qed joffru ż-żewġ partiti qishom tellieqa min ser joħroġ bl-akbar ammont ta’ inċentivi. U din l-idea li aktar ma twiegħed aktar ikollok il-possibilita’ li tiġbed l-elettorat lejk qed tasal biex iddejjaq lil ħafna votanti. Saħansitra hawn min qed jirraġuna li tant qed iwiegħdu li ma jkunx possibbli li jwettqu u allura jitnaqqas l-istess interess fis-saħħa tal-vot.