Marica Micallef tqies l-intervista li saret lill-missierha bħala propaganda rħisha minn naħa tal-Gvern

L-artikli ta’ Marica Micallef fuq il-Covid qed ikollhom ħafna effett anki jekk il-Facebook għamilha ċara li jekk jien ser nibqa’ ntella’ dawn l-artiklu kien ser jagħlaq il-grupp. Ma ġara xejn. L-artikli ta’ Marica Micallef llum qed jitilgħu fuq is-site tiegħi biss u mhux fuq il-Facebook imma xorta qed jinqraw.

Imma issa l-attakk mar fuq livell ieħor. Skont l-istess Marica Micallef, il-gvern qed juża lill-familja tagħha għall-propaganda tiegħu u biex igiddeb u jmeri lill-istess Marica Micallef u l-files medici ta’ missierha, jiġifieri Alfred Micallef. Dawn il-files mediċi juru l-iswab test results imħalltin u li dan qatt ma kellu Covid, imma pneumonia. B’hekk l-użu tal-ventilator fit-tul għamillu l-ħsara. Bil-ventilator, il-pneumonia nbidlet f’cryptogenic organizing pneumonia.

Kif qaltli Marica Micallef stess:

Lili qatt ma bagħtu għalija la l-One u l-anqas TVAM. Sinjal li ma jgħoddx għal widnejhom. Mela l-istess narrativa jridu dawn“.

Marica Micallef ma qagħditx togħmodha u kompliet tgħidli li dawn huma bullying tactics mill-PL. Skont l-istess Marica Micallef, missierha ġie f’postu bil-propolis, mixjiet mal-baħar, u tip ta’ herbal medicine li ġablu ħuha. Hija għalqet il-messaġġ li bagħtitli hekk:

Qatt ma bsart li ħa jaslu għal dan. Pero’ sinjal li qed jaqraw dak li nikteb u jħossuhom intimidati. Pero’ dan huwa attakk personali. Bagħtuli ħafna nies irrabbjati u ħa jagħtuni s-support. U jekk jaħsbu għall-mument li jiena ħa nieqaf nikteb il-verita’, jgħarralhom! Il-files tal-papa huma prova tal-verita’, u s-sewwa magħruf ħadd ma jmerieh. Xi darba s-sewwa jirbaħ!“.

Din l-intervista wasslet biex xi ħadd bagħtli dan il-messaġġ:

Hi dott, għadha taħsibha l-istess Marica Micallef dwar il-Covid u inti kont ittiha ħafna prominenza wara li smajna lil missierha jitkellem fuq l-esperanza tiegħu fuq il-Covid. Il-lejl it-tajjeb”.

Kull ma ngħid huwa hekk: jekk din l-intervista saret biex jien ma nibqax nagħti spazju lil Marica Micallef qed jgħarralu. Naħseb aħjar wieħed staqsa li kieku kien għal ċertu politiku, dak ir-raġel kellu jitħalla jmut. Dan il-politiku għamel resistenza biex jingħata trattament mediku u kellu jkun hemm intervent min-naħa ta’ Marica Micallef, mediku barrani, xjenzat Malti u politiku ieħor li hu qrib il-familja biex ingħata trattament mediku li kien anki ġie ssuġġerit minn tabib barranin u xjenzat Malti u min għamel oppożizzjoni kellu jbaxxi rasu biex ikun salvat.

Imma jidher li l-blogs tagħha qed ikollhom effetti għaliex kieku ma kinux imorru jkellmuh u jintervistawh. Mela l-politiċi tagħna jafu min hi Marica Micallef, min hu missierha u fejn joqgħod! Filwaqt li nistieden lin-nies biex jisimgħu l-intervista mill-ġdid. Waqt li veru li missierha tkellem fuq Covid-19, fil-verita’ l-files mediċi tiegħu juru li kellu pnuemania u t-trattament li tawh għoddhom qatluh. U jekk hemm prova ta’ kemm Marica Micallef għandha raġun u għala ser nibqa’ nagħtiha l-ispazju – ħarsu lejn l-attivitajiet politiċi. Kulħadd fuq xulxin. F’daqqa waħda l-biża’ mill-pandemija kollu spiċċa. Ma għadhiex perikoluża daqs kemm qalulna li kienet.

One thought on “Marica Micallef tqies l-intervista li saret lill-missierha bħala propaganda rħisha minn naħa tal-Gvern

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *