Is-surveys tal-Ħadd: ikomplu jikkonferma li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ maqtugħ min-nies

Is-Sunday Times qaltilna li l-maġġoranza assoluta tal-votanti jħossu li l-Partit Laburista jaħseb ħafna iżjed fihom. Tlieta minn kull erbgħa jaħsbu li l-Partit Laburista jieħu ħsiebhom ħafna iżjed mill-Partit Nazzjonalista. Dan jirriżulta minn stħarriġ ikkummissjonat mill-istess gazzetta. Dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ ġew mistoqsijin biex jagħtu l-fehma tagħhom fuq liema partit politiku jagħtu każ in-nies l-iżjed. Minn dak li ħareġ fl-istħarriġ juri li 40 fil-mija tal-parteċipanti tkellmu tajjeb fuq il-Partit Laburista filwaqt li 14 fil-mija biss qalu l-istess għall-Partit Nazzjonalista. Dan juri li bit-tajjeb u l-ħażin, il-Partit Laburista baqa’ qrib in-nies aktar mill-Partit Nazzjonalista.

Dan ir-riżultat ħareġ minn studju li sar fil-bidu tal-kampanja elettorali ta’ din is-sena. Jidher li l-anzjani l-iżjed li huma tal-fehma li l-Partit Laburista għandu għal qalbu lilhom. Id-dopju tal-anzjani jħossu li l-Partit Laburista l-iżjed li jagħti każhom. Dawn huma ndikazzjonijiet li l-votant ġenerali jpoġġi lill-Partit Laburista ħafna iżjed ‘l quddiem mill-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt dan l-istħarriġ jimxi tajjeb ma’ dak li indikat l-istess Times fl-aħħar stħarriġ tagħha ta’ ġimgħa ilu. Fi kliem ieħor, il-Partit Nazzjonalista jidher bħala mqit u vedikattiv fost l-elettorat Malti.

It-Times sabet li jekk issir elezzjoni illum il-Partit Laburista jerbaħ l-elezzjoni b’maġġoranza ta’ 44,500 vot. Ikompli jikkonferma dak li intqal fl-istħarriġ ta’ gimgħa ilu meta rriżulta li żewġ terżi tal-elettorat jaħseb li l-Partit fil-Gvern qed jagħmel biċċa xogħol tajba.

Kemm ser idum jirċievi sinjali l-Partit Nazzjonalista li hemm xi ħaġa li mhux qed taħdem tajjeb? Issa dawn is-sinjali qed jingħataw minn gazzetta li hija qrib l-istess Partit Nazzjonalsita. Is-sinjali qed juru ċar li l-messaġġ li qed jibgħat il-Partit Nazzjonalista mhux jasal għand l-elettorat. Jgħidu x’jgħidu d-diriġenti u l-istrateġisti tal-partit, il-messaġġ mhux qed ikollu effett fuq l-elettorat għax kieku xi ħaġa jirriżulta. Jidher li hemm bżonn ta’ xi tibdil fl-istrateġija fil-Partit Nazzjonalista biex forsi jintlaħħqu l-votanti kollha.

Open photo

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *