Mhux veru li Bernard Grech bagħat ittra lil Jason Azzopardi meta mietet ommu: l-ittra nbagħtet tliet snin wara l-mewt ta’ omm Jason!
F’dawn il-jiem ħarġet l-aħbar tal-kanossa li għamlu tal-Lovin Malta fir-rigward ta’ Adrian Delia. Dawn gidbu fuqu meta qalu li Adrian Delia kien f’kuntatt ma’ Yorgen Fenech. Infakkar li d-deputat li għamel din il-gidba tiegħu kien Jason Azzopardi.
Fi kliem ieħor, Lovin Malta kkonfermaw li dak kollu li kienu jgħidu l-Blue heroes fuq Adrian Delia u b’mod speċjali Jason Azzopardi, kien kollu gideb faħxi.
B’kumbinazzjoni, wara li ħarġet li din kienet gibda, mill-ħafna gideb li ntqal fuq Yorgen Fenech u Adrian Delia, Jason Azzopardi jippubblika ittra li qal li kien bagħatlu Bernard Grech wara li kienet mietet ommu. Dan spiċċa t-titlu tal-artiklu ta’ Lovin Malta fejn qaltilna li nbagħtet meta mietet ommu.

Dak iż-żmien, Beranrd Grech u Jason Azzopardi kienu s-sixth form flimkien. Imma dak li ma ntqalx li dik l-ittra, Bernard Grech bagħatha fl-1989. Imma omm Jason Azzopardi mietet tliet snin qabel, jiġifieri fl-1986. Mela mhux veru li dik l-ittra ntbagħtet kif intqal meta mietet ommu! Fi kliem ieħor, Jason Azzopardi u Lovin Malta qed jipprovaw jużaw din l-ittra lejlet elezzjoni ġenerali biex biha jakkwista ftit tal-voti. Anki biex għamel hekk gideb fuq il-mewt ta’ ommu.
Issa jekk Bernard Grech kellu u għad għandu dik l-opinjoni fuq Jason Azzopardi, bħalma kienet espressa f’dik l-ittra, illum nista’ nassigura lil Bernard Grech li ħafna mill-elettorat għandu opinjoni differenti ta’ Jason Azzopardi. U dan ħareġ fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid it-Tnejn li għadda. Bernard Grech mar jitkellem fil-pjazza u f’din l-attivita’ politika tkellem fuq l-imgħoddi tiegħu f’Raħal Ġdid. Bernard Grech semma ħafna mill ħbieb tiegħu tar-raħal, imma lil Jason Azzopardi ma semmiehx.
L-opinjoni tal-elettorat hija li Jason Azzopardi huwa bniedem falz, aħdar u kattiv u li ma jiddejjaqx juża l-qrati biex mingħalih jipprova jkisser lin-nies għax jaf li hemm maġistrati u mħallfin korrotti fil-qrati tagħna li lesti biex jilgħaquh u jakkomodaw il-ġakbiniżmu tiegħu. Issa anki lill-ommu mejta lest li juża biex jiġbed simpatija politika wara li nhar it-Tnejn Bernard Grech ma semmiehx meta semma lil min kien jaf f’Raħal Ġdid. Ta’ politiku li hu, Jason Azzopardi lest jasal biex jagħmel minn kollox, basta dak jilħaq it-tir ta’ moħħu u jaf, li biex jilħaq dan it-tir, ma jistax jitlef postu fil-parlament.

One thought on “Mhux veru li Bernard Grech bagħat ittra lil Jason Azzopardi meta mietet ommu: l-ittra nbagħtet tliet snin wara l-mewt ta’ omm Jason!”