Skont il-Malta Today, id-distakk bejn il-Partit Nazzjonalista u dak Laburista żdid 7000 vot f’erbgħa u għoxrin siegħa

Skond il-Malta Today, f’erbgħa u għoxrin siegħa, id-distakk bejn iż-żewġ partiti l-kbar żdied b’seba’ t’elef vot. Qed ngħid dan għax nhar il-Ħadd, din il-gazzetta qaltilna li d-distakk kien ta’ 22,645 u t-Tlieta fil-għodu, Illum ppubblikat li d-distakk żdied għal 29,633. Illum ibbażat din l-analiżi fuq dak li qed tippubblika l-Malta Today. Ir-raġuni li tatna kienet li ħafna aktar persuni qed ikomplu jikkonfermaw kif se jivvutaw fl-elezzjoni li ġejja.

Iktar ma l-elettorat jikkonferma l-ħsibijiet tiegħu, iktar qed ifisser li l-Partit Laburista qed iżid fil-voti u l-Partit Nazzjonalista qed ikompli jnaqqas. Mela skond il-gazzetta dawk il-votanti dubjużi, jew li ma ridux jivvutaw, qed jonqos a skapitu ta’ dik li kien qal Bernard Grech li dawn huma kollha votanti siekta li dak in-nhar tal-elezzjoni ser jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Fi kliem ieħor, din l-analizi tkompli tikkonferma l-analiżi korretta li għamel dan is-sit.

Jekk tibqa’ sejra hekk l-istorja, inkomplu nikkonfermaw li Bernard Grech qed dejjem jgħid il-ħmerijiet u verament ma jafx jaqra s-sinjali li qed jingħaddu lejlet elezzjoni ġenerali. Kif qalli xi ħadd, sar mexxej “useless”.

Jista’ jkun hemm raġuni oħra li l-Partit Nazzjonalista tilef aktar voti. Jista’ jkun li l-kliem żejjed ta’ Bernard Grech, dwar li l-kwartieri tal-Partit Laburista ser ikun l-ewwel parti li se tidħol fl-ODZ, ma niżilx tajjeb mal-partitarji Laburisti. Żgur li jekk kien hemm xi Laburisti li ma kellhomx aptit joħroġu jivvutaw, aktar ħeġġiġhom biex nhar it-26 ta’ Marzu, jmorru jitfgħu l-vot tagħhom lill-Lejber.

Jekk kien hemm min għadu dubjuż x’ser jagħmel, kliem żejjed bħal dan kien jonqsu biex ibiddel fehmtu. Dan huwa kollu diskors li jkun intqal b’mod sarkastiku imma jwassal biex jagħmel ħafna ħsara. Huwa tajjeb li l-Malta Today qed tagħtina sondaġġ kuljum ħalli naraw jekk hux ser ikun hemm xi tibdiel li kien diġa’ muri fi stħarriġ ieħor.

Irridu niftakru li kienet il-Malta Today li tat nifs qawwi lill-Partit Nazzjonalista meta qalet li d-distakk kien niżel b’numri kbar għal 22.645 fil-waqt li ż-żewġ gazzetti l-oħra kienu qed jippubblikaw numri li jindikaw id-doppju ta’ dawn iċ-ċifri. Forsi l-Malta Today se tkompli tindika aktar distakk u tasal biex verament toqrob lejn is-sondaġġi ta’ Marmara u tat-Times.

https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/64923/aktar_persuni_jikkonfermaw_kif_se_jivvotaw_u_lpl_isaa_ilvanta_fuq_ilpn?fbclid=IwAR2SsJGy_ZpDvSV6MQyT-1ZiWeeJpqVVlUGODdzCjINbf31Trktn4Qr9ZpM#.Yh8TgOjMK3B

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *