Meta l-PN qed jgħid li jrid jibni r-reputazzjoni ta’ Malta ma’ barra, qed jibgħat messaġġ ċar li hu favur l-abort
Minn qarrej ta’ dan il-blog
Il-problema tal-PN fejn jidħol l-abort, kif qed naraha jien, hija li l-PN qed iwiegħed li mhux ħa jdaħħlu imma fl-istess ħin qed iwiegħed ukoll li jġib ir-reputazzjoni ta’ Malta ‘l quddiem. Ma tridx tkun xi għaref biex tinduna li jrid iġib l-istess reputazzjoni li għandhom dawk il-pajjiżi li magħmlu l-abort legali. Il-punt huwa li jekk trid reputazzjoni ma’ dal-pajjiżi, kif irid il-PN, bilfors b’xi mod jew ieħor, l-abort irid isir legali. Jekk qed jippretendi mod ieħor il-PN, mela qed jibni l-kastelli fl-arja. Fi ftit kliem, jekk ma jridx iqajjem suspetti dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar l-abort, aħjar jagħlaq ħalqu darba għall-dejjem dwar ir-reputazzjoni ta’ Malta.