Jista’ Jason Azzopardi jiġi emmnut fuq l-abort?

Ftit tal-jiem ilu tellajt artiklu fejn għidt li qed issir pressjoni biex kandidati Nazzjonalisti jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom fuq l-abort. Nifhem li din il-pressjoni qedha ssir fuq l-kandidati kollha – ta’ kull partit li ħiereġ għal din l-elezzjoni – biss pressjoni bħal din għandha importanza aktar għall-Partit Nazzjonalista minħabba l-valuri politiċi li jħaddan. Wieħed min dawk li ħa pożizzjoni kontra l-abort u tellgħaha fuq Facebook kien Jason Azzopardi.

Imma kemm dan il-kandidat jista’ jittieħed bis-serjeta’ fuq din il-pożizzjoni? Dan kien wieħed li tkellem kontra l-liġi li tneħħi ż-żebbliegħ jew vilifikazzjoni kontra r-reliġjon Kattolika. Meta ġew għat-tielet qari, ivvota favur din il-liġi. Dan kien wieħed li vvota favur iż-żwieġ bejn l-istess sessi. L-uniku wieħed li vvota kontra kien Edwin Vassallo.

Jason Azzopardi kien wieħed li għamel kampanja kontra d-divorzju. Qal lill-kulħadd li ż-żwieġ hu għal dejjem. Ma nafx kemm il-funzjoni reliġjuża attenda kontra d-divorżju. Imbagħad, fil-ħajja privata tiegħu għamel bħal Fariżej! Hawn mhux qed nikkritika li titkellem kontra d-divorzju. Hawn qed nikkritika d-double strandards ta’ dan il-politiku. Meta politiku juri double standards fil-ħajja privata tiegħu, dan ikun ifisser li jkollu anki double standards fil-ħajja pubblika tiegħu.

Tgħiduli li l-ħajja privata hija separata mill-ħajja pubblika. Le mhix. U aktar mhix għal politiċi konservativi. Kull ma għandkom tagħmlu huwa li jmorru u taqraw il-ktieb De Officiis ta’ Cicerun u taraw kemm il-ħajja pubblika u dik privata huma marbuta ma’ xulxin. Kull ma jrid jagħmel politiku huwa li jaqra lil Edmond Burke u jsib kemm il-familja hija l-pern tal-politika konservattiva.

B’hekk qed nistaqsi kif tista’ temmen lil Jason Azopardi li ser jivvota kontra l-abort – jekk jittella’ fil-parlament – meta llum dan il-politiku ma għadux jemmen fiż-żwieġ għal dejjem bħal ma kien jgħajjat waqt il-kampanja tar-referendum kontra d-divorzju?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *