The Malta Independent tkompli turi kemm kien korrett Adrian Delia
Blog post minn osservatur politiku
X’ma jiġġilidx Dr Adrian Delia biex jieħu l-isptarijiet lura u jieqfu jingħataw flejjes lil Steward wara dawk mogħtija lill-Vitals. Il-Malta Indipendent fil-faċċata tagħha tgħidilna li Vitals Global Healthcare użaw flejjes pubbliċi fuq kiri ta’ karożżi u appartamenti lussużi. Dawn nefqu flejjes mogħtija lilhom mill-Gvern Malti fuq dawn l-affarijiet straordinarji u li ma għandhomx x’jaqsmu mas-saħħa tan-nies.
L-ammont minfuq fuq dawn l-kirjiet mhux magħruf imma xorta jibqa’ l-fatt li ntefqu flus żejda minn dawk mogħtija mit-taxxi tal-poplu. Kulħadd jaf minn xix inhu għaddej il-Gvern Malti fejn jirrigwardja l-kuntratt oxxen li hemm ma’ Steward li qabel kien ma’ Vitals. Dawn ilhom jiġu mixlija li ma żammew ma xejn mill-kondizzjonijiet li kellhom imniżżlin f’dak il-kuntratt.
Imma l-agħar biċċa li għadna qed insofru minnha hi, li l-Gvern Malti għadu jħallas lil dawn in-nies li ma huma qed jagħtu xejn lura lill-poplu Malti u Għawdxi. Biex tgħaxxaqha fl-aħħar budget, imressaq mill-Gvern tal-Labour, dawn żiedu l-ammont ta’ flejjes li jridu jingħataw lil Steward b’50%. Dawn huma kollha miljuni li qed jingħataw lil dawn il-barranin li ma hu qed jagħtu xejn lura lill-Maltin u l-Għawdxin.
Għalhekk huwa mportanti li tibqa’ għaddejja l-kawża li fetaħ Dr Adrian Delia u nisperaw li tispiċċa ma ddumx. Jekk tkun favorevoli għal Adrian Delia jkun ifisser li l-Gvern jieqaf iħallas ta’ xejn lil Steward u fuq kollox jieħu l-isptarijiet lura biex jibda’ jagħmel dak ix-xogħol neċessarju biex isiru ta’ servizz għall-poplu.
Qiegħdin f’sitwazzjoni fejn jekk il-Gvern ikompli jagħti flejjes lil dawn il-barranin u huma ma jonfqu xejn f’investiment f’pajjiżna, jkun ifisser li qed intuhom flejjes x’jitfgħu fil-but u x’jonfqu fuq affarijiet lussużi li aħna bħala poplu ma nieħdu xejn minnhom. Dan l-isparpaljar ta’ flusna jrid jieqaf u jiġi nvestit kif xieraq fis-servizzi tas-saħħa għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.