Caretaker Government: x’ifisser?

Blog post minn osservatur politiku

Issa li ġiet mgħajjta l-elezzjoni, teknikament il-Gvern jieħu r-rwol ta’ caretaker. Dan ifisser li sa meta issir l-elezzjoni, tintrebaħ u jkun iddikjarat ir-rebbieħ, il-Gvern ikompli bix-xogħol tal-ġurnata tiegħu fl-amministrazzjoni tal-pajjiż, imma ma jużax ir-rwol tiegħu għall-benefiċċju tiegħu stess jew, biex inkunu aktar preċiżi, biex jaġevola lill-partit tiegħu. Fuq kollox, matul dan il-perjodu ma jistgħux jgħaddu liġijiet għaliex il-Parlament ikun ġie xolt.

Imma xi ħaġa li ġrat kemm-il darba li qabel elezzjoni u fiż-żmien tal-kampanja, il-Gvern, jew nies li jippreżentaw lill-Gvern, jieħdu deċiżjonijiet li jkollhom influwenza fuq votanti diversi jew individwi. Sfortunatament, kontra kull mistenni, dan il-gwadann jippruvaw jerbħuh mhux biss fiż-żmien ta’ qabel l-elezzjoni imma ġieli ukoll jantiċipaw il-wasla tal-elezzjoni u jippruvaw jieħdu vantaġġ. Imma l-agħar meta jsiru dawn l-affarijiet fl-aħħar ġimgħat qabel l-elezzjoni.

Matul il-leġislatura, kull Gvern jagħmel l-almu tiegħu biex iżomm il-votant kuntent u jżid is-sostenn lejh u ħafna drabi juża l-flus biex jagħmel dan. Dawn jistgħu jiġu konsidrati bħala azzjonijiet populisti, imma żgur ma hemm ebda metodi aħjar biex terbaħ il-voti milli tagħti u tħalli flus fi bwiet in-nies. Il-Gvern Laburista mill-ewwel induna li matul pandemija jekk tagħti xi ‘tax rebate’ jew xi ‘voucher’ dawn iħallu l-effett meħtieġ.

Il-Gvern Laburista dan għamlu diversi drabi kemm ilu fil-Gvern mill-2013 ‘l hawn. Imma dan jitqies aċċettabbli speċjalment fi żmien ta’ kriżi bħal ma kienet fi żmien il-pandemija. Biss jinxtam jinten ħafna jekk affarijiet bħal dawn isiru fi żmien kampanja elettorali. Mhux biss il-flus ikunu tajbin imma anke xogħol mal-Gvern jinżel għasel.

Qatt ma nistgħu ninsew dawk it-8000 votant li ħadu job qabel l-elezzjoni ġenerali tal-1987. Jekk l-għajnuna finanzjarja tingħata lil kulħadd hija ħaġa, imma jekk l-affari tinżel fuq livell personali, tkun tfisser xi ħaġa differenti. It-8000 job li ingħataw fl-1987 kienu biss biex il-Gvern Laburista għamel ħiltu biex jakkwista l-vot tagħhom u tal-familjari tagħhom.

Hemm ħafna modi oħra ta’ kif tista’ timmanipula jew tinfluwenza lill-votanti. Kif qiegħdin l-affarijiet bħalissa ma hemm xejn li jwaqqaf lill-Gvern milli juża dawn it-tattiċi sa lejlet il-ġurnata tal-elezzjoni. Biss il-Gvern irid joqgħod attent għax jekk isiru dawn l-affarijiet minn issa sal-elezzjoni, jkun ifisser li għandna Gvern li jinteressah biss il-poter. Imma jekk ma jiċċappasx b’dawn l-inġustizzji ta’ lejlet l-elezzjoni jkun ifisser li żamm moralment sod.

One thought on “Caretaker Government: x’ifisser?

  1. fil 1987 taw 8000 job u il gvern tilef. 2013 il gvern ta dak iz zmien ma qadx lura lanqas u tilef. dan ifisser li il poplu mhux injurant bhal ma jahsbu il politici. B;check ta 100 euro mhux ha tirbah il gvern. Il gvern jintrebah fuq ix xoghol li jkun wettaq matul il legistratura.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *