Where your opinion counts

Il-Malta Independent u Netnews jirrappurtaw dak li rrappurta dan is-sit jiem ilu fir-rigward ta’ The Daily Telegraph

Dan is-sit kien ikkwota u tkellem fuq artiklu li deher f’The Daily Telegraph u li fih saret referenza għal Malta u li din qed tintuża bħala bażi mill-Russi għall-manuvri tagħhom fil-Libya.

Illum dan l-artiklu ġie reprodott minn The Malta Independent u anki min-NET.

https://www.independent.com.mt/articles/2022-02-24/local-news/US-worried-Russia-trying-to-use-Malta-as-naval-base-The-Telegraph-6736240905?fbclid=IwAR1tscQORzMBZhSZMAKuT6cDQxIE6IMpcgBJrPLTS7lkyoB15AMmIOO7FR8

Mill-mod kif irrappurtaw din l-istorja The Malta Independent, jidher ċar li dawn l-artikli tiegħi qed jinqraw mill-Foreign Office tagħna, għaliex skont l-istess Malta Independent, wara li ħareġ dan l-artiklu f’The Daily Telegraph, l-uffiċju tal-Affarijiet Barranin Malti kkuntattja lill-Assistant Secretary of State, Karen Donfried u din l-uffiċjal, skont The Malta Independent, ċaħdet li l-Amerika hija ppreokkupata li r-Russja tista’ tuża Malta bħala bażi.

Dak li hu preokkupanti huwa l-fatt li l-Prim Ministru Robert Abela qal li ser ikun qed isegwi l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ukraina. Fil-verita’, l-Ewropa ma għandhiex pożizzjoni waħda fuq din il-gwerra. Anzi din il-gwerra qed turi kemm l-Ewropa hija inpotenti u dan il-konflitt ser iservi bħala musmar ieħor lejn it-tmiem ta’ din l-unjoni. Dak li l-Uffiċju tal-Affarijiet Barranin irid jipproponi huwa t-tmiem tan-Nato. Imma naħseb li qed nitlob wisq meta nitlob dan. Jekk verament il-Punent emmen li l-gwerra l-bierda kienet spiċċa f’Malta fl-1989, kellu jżarma lin-Nato u mhux iħalliha hemm bħala arma kontra r-Russja. Anzi l-anqas biss in-Nato ma riedet lir-Russja membru tagħha! F’dan il-kuntest, ir-Russja ma kellhiex triq oħra ħlief li tarma lilha nnifisha u llum qed naraw il-konsegwenzi tal-politika żballjata tal-Ewropa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *