Eżatt wara l-elezzjoni jiskadi l-kuntratt tal-hedging mal-ElectroGas; b’hekk il-ħajja mistennija terġa’ tgħola

Waħda mill-vera raġunijiet għala ġiet mgħajta ta’ malajr l-elezzjoni – u ma tħallitx għal kif kien oriġinarjament ipprogrammat, jiġifieri għal Ġunju – hija minħabba l-għoli tal-ħajja. Waqt li l-korruzzjoni hija kbira, din mhix biżżejjed biex iġġib il-bidla. L-għoli tal-ħajja beda jinħass sew u beda jġib it-tgergir fost il-poplu. Hu l-għoli tal-ħajja li beda jnaqqas id-distakk bejn iż-żewġ partiti. Anki jekk il-Laburisti affettwati ma kienux ser jivvutaw PN, imma xorta kienu qed jheddu li ma joħorġux jivvutaw. Dan naqqas id-distakk.

Fil-fatt, hekk kif tgħaddi l-elezzjoni, il-ħajja mistennija li tkompli tgħola. Għaliex? Wieħed irid jiftakar li l-hedging agreement li sar mal-ElectroGas, biex il-Gvern iħallas għall-gas bi prezz fiss ser jiskadi f’April ta’ din is-sena. Dan il-hedging agreement kien sar fl-2017. Infatti, hekk kif wieħed jidħol fl-website tal-ElectroGas, l-ewwel sentenza li jaqra hija din li ġejja:

Fi kliem ieħor, qed jingħad ċar li l-ElectroGas għandha kuntratt għal tmintax-il sena imma hija marbuta biss li tagħti l-gas bi prezz fiss għall-ewwel ħames snin. Wara li ssemmi dan il-ftehim, din l-istess Website tagħtina deskrizzjoni tax-xogħol tal-ElectroGas u tagħlaq b’dawn il-preċiżi kelmiet:

Mela dawn il-ħames snin ser jiskadu eżattament kif tkun għaddiet l-elezzjoni ġenerali tal-2022, jiġifieri f’April.

Wieħed jistaqsi jekk hemmx relazzjoni bejn din l-iskandenza ta’ dan il-hedging agreement u s-sejħa għall-elezzjoni? Daż-żgur li hemm. Kif jiskadi dan il-hedging agreement, il-Gvern mhux ser ikun f’pożizzjoni li jibqa’ jixtri l-preżż tal-gas bil-prezz fiss li qed jixtrih bħalissa. B’hedging, ifisser li ż-żewġ partijiet jintrabtu li għall-numru ta’ snin, u f’dan il-każ għal ħames snin, jixtru l-gas bi prezz fiss, irrelevanti jekk dan jorħosx jew jgħola. Dan kollu ser jispiċċa f’April.

Infatti meta kienet saret il-kumpana ElectroGas, din daħħlet għal dan il-proġett anki jekk kienet taf li fil-bidu tiegħu, ma tantx kienet ser tagħmel qliegħ ta’ flus – anzi kif intqal – li kien ser ikun hemm telf. Dan hu kollu minnu għaliex il-veru qliegħ kien ser jibda wara l-għeluq ta’ dawn il-ħames snin – u mhux fil-bidu. Fi kliem ieħor wara li jiskadi l-ewwel ħames snin tal-hedging agreement. Dan jispjega għala ċertu media kellha interess li tqajjem dak il-kjass kollu fuq l-ElectroGas u tassoċċjah mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia anki jekk l-Electrogas ma kellha xejn x’taqsam ma’ dan id-delitt. Dan għaliex xi ħadd x’imkien kien qed iħares lejn iż-żmien ta’ wara t-terminu ta’ dawn l-ewwel ħames snin tal-hedging agreement u issa jrid jidħol hu minflok Yorgen Fenech.

Imbagħad inqalet din il-kriżi internazzjonali. Meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni internazzjonali, iċ-ċans hu li l-prezz tal-gas ser jgħola u mhux jorħos. U naħseb li huwa ovvju l-prezz tal-gas ser jgħola ġmielu. Bħalissa, ġa hu għoli ġmielu. Is-sitwazzjoni fl-Ukraina mhix ser tgħin biex jorħos. Anzi ser twassal biex il-prezz ikompli jgħola aktar milli kien mistenni u aktar ma jgħola l-prezz, aktar tagħmel profitti l-ElectroGas. Infakkar li kif beda jberraq fuq ix-xefaq internazzjonali, il-media tal-liberali ma baqgħetx tagħtina artikli li l-ElectroGas kienet il-kawża tal-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia!

B’hekk il Gvern ser ikollu jgħolli l-prezz tad-dawl. Dan żgur li ma kienx x’ser jagħmlu lejlet elezzjoni, kieku din ħallieha għal Ġunju. B’hekk għajjat fl-aħħar ta’ Marzu. La darba l-elezzjoni tgħaddi, jkun jista’ jgħolli għaliex ikollu quddiemu ħames snin garantiti ta’ gvern.

Dan hu l-mission statement li wieħed isib hekk kif jiftaħ il-website tal-ElectroGas.

3 thoughts on “Eżatt wara l-elezzjoni jiskadi l-kuntratt tal-hedging mal-ElectroGas; b’hekk il-ħajja mistennija terġa’ tgħola

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *