Titħabbar l-elezzjoni: Preżenza qawwija fuq il-Fosos għall-attivita’ Laburista
Kif kien mistenni, illum kien hemm ħafna nies fuq il-Fosos għall-attivita’ Laburista. Kien hemm stennija fost dawk preżenti li l-Prim Ministru Robert Abela ser jħabbar l-elezzjoni waqt din l-attivita’. infatti l-Prim Ministru għamel diskors ta’ kampanja elettorali li fi tmiem tiegħu ħabbar l-elezzjoni. Ser issir fis-26 ta’ Marzu u dan jikkonċidi mal-analiżi li għamel Dr Hermann Farrugia li din taħbat mal-festi tsl-31 ta’ Marzu.
