Repubblika u Graffiti ser imorru jipprotestaw f’Pariġi wara li persuna nstabet mejta fiċ-ċella tagħha?

Illum, The Times tagħtna l-aħbar li Jean-Luc Brunel instab mejjet ġewwa ċ-ċella tiegħu f’ħabs f’Pariġi. Jean-Luc Brunel, kien qed ikun mixli b’akkużi li abbuża u saħansitra “raped” minuri. Hu kien ilu l-ħabs minn Deċembru 2020. Hu spiċċa l-ħabs wara li mara akkużatu li abbuża minnha sesswalment. Brunel kien ħabib (associate) tal-famuż Epstein. Epstein ukoll qed ikun akkużat fuq abbuż sesswali fuq minuri.

Nixtieq nistaqsi lil dawk l-attivisti kollha li kellna jekk humiex ser imorru Pariġi biex jorganizzaw protesti ħalli jirreżenja d-direttur ta’ dan il-ħabs ġewwa Pariġi wara li Brunel instab mejjet fih. Tiftakru li Repubblika, Graffiti u l-bella kumpanija tawna x’nifhmu li Malta biss jiġru l-imwiet fil-ħabs?

Nispera li Graffiti, Repubblika u l-bella kumpanija jmorru Pariġi biex jagħmlu vġili quddiem il-ħabs ħalli jitkeċċa d-direttur tal-ħabs għaliex mhux sew li persuna nstabet mejta ġewwa l-ħabs f’Pariġi.

https://timesofmalta.com/articles/view/former-epstein-associate-found-dead-in-paris-cell.935699?fbclid=IwAR2_7orTB54lm8KK3p4uKHlD00eZP18UkCxsrPcBD9pSuxBp8vzFPAZrgL0

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *