L-Awtoritajiet tas-Saħħa jwieġbu għall-artiklu ippubblikat il-bieraħ dwar il-prattika magħrufa bħala “DNR”
Il-bieraħ, dan is-sit ippubblika artiklu dwar l-użu ta’ dik li tissejjaħ bħala “do not resuscitate” jew DNR. Dan wassal għar-reazzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u ta’ dan nirringrazzjahom.
Fit-tweġiba tagħhom l-Awtorita’ tas-Saħħa ma ċaħdux li din il-prassi qed tkun tintuża. Jien ninsab infurmat li ilha tiġi użata. Infatti persuna li taħdem fil-qasam tas-saħħa kitbitli hekk:
“Niġbidlek l-attenzjoni bir-rispett totali, li d-DNR dejjem hekk kien , għax anka jien għamiltha lill-ommi. Dik tintuża meta ma jkunx hemm aktar tama – no hope. Issa ma nafx jekk qedtx jabbużaw it-tobba. Good day.”
Qed ngħid dan biex inneħħi kull impressjoni li din inkitbet għal xi raġuni politika.
Sa hawn mhux problema. F’artiklu tiegħi ma staqsejtx jekk għandhiex tintuża din il-prassi ta’ “do not resuscitate” imma kif għandha tintuża. Jiddipjaċini ninnota li f’din it-tweġiba, li l-pazjenti u l-familjari tagħhom ma jissemmgħu mkien. Hemm miktub ċar li din id-deċiżjoni qed titħalla f’idejn l-“ispeċjalist kuranti tal-pazjent fejn tittieħed deċiżjoni klinika dwar it-trattament li għandu jingħata, jew ma jingħatax, ibbażata unikament fuq x’inhu fl-aħjar interess tal-pazjent.”
Il-punt kollu tal-artiklu kien dan: fejn huma l-familjari u l-membri f’dan kollu? Għala f’din it-tweġiba ma ssemmgħux? U jekk il-familjari jew il-pazjent ma jaqblux x’ser jiġri? Dan hu il-punt ta’ artiklu kollu. F’dan il-kuntest issemmgħu r-risorsi tal-isptar, għaliex meta ma jkunx hemm kunsens totali, dan jwassal biex il-qraba jagħmlu bir-raġun il-mistoqsijiet tagħhom u dan is-sit ma jiddejjaqx jippubblikahom.
Qed inġib it-tweġiba kollha kif intbagħet lili mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Nassigura lill-Awtoritajiet tas-Saħħa li ħadd ma għandu interess iqajjem xi sensazzjonaliżmu, imma biss interess ġenwien biex familjari ma jgħaddux mill-istess storja li għaddejt minnha jien u l-familja tiegħi. U naf oħrajn li ġew fuqi u tkellmu miegħi dwar diffikultajiet li jkunu għaddejjin minnhom. Dan is-sit jimpurtah biss li kull min iħallas it-taxxa għandu jsib is-servizz tas-saħħa meta l-aktar ikollu bżonnu.