Metsola tisraq ix-xena lill-kap tal-Oppożizzjoni fil-festa ta’ San Pawl
Nhar il-Ħamis li għadda, Roberta Metsola neħħiet t-tapit minn taħt saqajn Bernard Grech kemm waqt u anki wara l-quddiesa pontifikali ta’ San Pawl. Kien waqt il-quddiesa li n-Nunzju semma l-awtoritajiet Maltin, fost lill-President tar-Repubblika, George Vella, lill-Prim Ministru Robert Abela, lil Roberta Metsola u lill-Prim Imħallef, imma ħalla barra lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Ma hemmx dubju li n-Nunzju ma għamilx hekk bħalha xi offiża lejn il-kap tal-Oppożizzjoni. Hu raġel sew ħafna u l-inqas ħaġa li jixtieq hu li jidħol fil-politika lokali. Imma jidher li Bernard Grech xorta ma tantx kien komdu b’dak li qed jiġri għaliex f’mument minnhom inqabad fuq il-cameras tat-television mhux qed iċapċap.
Anke kif kienu ġew imqegħda l-awtoritajiet fil-knisja, intbagħat indikazzjoni li Metsola kienet iżjed milqugħa jew importanti mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Hija kienet bilqiegħda ħdejn il-mara tal-Prim Ministru waqt li Bernard Grech kien fit-tielet ringila jiġifieri żewġ ringieli warajha. Infakkar li l-kap tal-Oppożizzjoni jiġi wara l-Prim Ministru u qabel il-ministri fil-protokol tal-Parlament Ingliżi f’ Westminister. Tant hu hekk, li fis-sistema tal-Parlament Ingliż u din kienet anki fis-sistema tagħna, il-Kap tal-Oppożizzjoni joħroġ maġenb il-Prim Ministru mill-Parlament.
Anki meta spiċċa l-pontifikal, u Metsola ħarġet mill-Knisja, parti mill-folla spiċċat tgħajjat Roberta, Roberta. Fi kliem ieħor, ħafna nies li kienu l-knisja tawha akkoljenza sabiħa ħafna. Bdew iċapċpu biex juru l-apprezzament tagħhom lejn il-mawra tagħha f’pajjiżna u talli attendiet il-pontifikal ta’ San Pawl. Kien jidher ċar li Metsola daħlet iżjed fil-qlub tan-nies wara dak li rnexxielha tagħmel fil-Parlament Ewropew. In-nies miġbura ħadu pjaċir biha b’tali mod li bdew anke jgħajtu isimha u kienet impressjonanti kif irnexxiela tisraq ix-xena mhux biss lil Bernard Grech imma anke lill-istess Prim Ministru.
Kienet xi ħaġa ta’ min isemmi kif inqabad fuq il-cameras Bernard Grech jipprova isib postu qrib Roberta Metsola biex jipprova jakkwista xi ħaġa minn din il-mawra tagħha. Ma kienx lest li jħalli lil Metsola tieħu l-applaws mingħajr il-preżenza tiegħu ħdejha. Għalhekk inqabad jagħmel ħiltu jferraq lin-nies biex ikun jista’ jersaq qrib Metsola li kienet imdawra b’diversi bodyguards.
Il-festa ta’ San Pawl kienet biss indikazzjoni. Kien inutli li qagħad jikteb u jippostja li kien bis-saħħa tiegħu li ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Pawl. Biex jieħu l-glorja tal-festa saħansitra mar jinvista l-knisja ta’ San Pawl lejlet il-festa u pprova jidher qalb il-folla biex jieħu l-krettu talli San Pawl ser jerġa’ joħroġ fit-triq li ġġib l-istess isem bis-saħħa tiegħu. Imma seħħu numru ta’ avvenimenti li naqqsu mill-importanza li normalment il-kap tal-Partit Nazzjonalista kien ikollu waqt din il-festa. Infakkar li fl-imgħoddi, il-kap tal-Partit Nazzjonalista, mhux biss għall-pontifikal kien imur, imma anki għall-marċ tal-festa. B’hekk b’dak li ġara l-Ħamis li għadda, Dr Grech rrealiżża li Metsola ħaditlu l-limelight.
U dak il-mejjet bil-guh Mario Demarco ukoll kien hemm ilaqqat li jista minn wara Metsola