Kunsillier Nazzjonalista li ta s-sapport lil Bernard Grech imur attivita’ politika ta’ oħt il-mara tal-prim ministru

Matul il-kampanja tal-kap tal-Partit Nazzjonalista, dawk li kienu favur Bernard Grech għajruni li jien kont mal-Lejber, talli kont wara Adrian Delia.

Hawn qed inġib ritratt tal-Kunsillier Nazzjonalista James Cauchi. Cauchi hu kunsillier Nazzjonalista fuq il-lokalita’ ta’ Bormla. Dan il-kunsillier kien bi ħġaru favur Bernard Grech. Ħadem biex jitla’ Bernard Grech. Kellu kull dritt. Mhux ser neħodha kontrih fuq dan il-punt.

Biss illum bagħtuli ritratt tiegħu jgħannaq lill-kandidata Laburista Zerafa Civelli waqt attivita’ politika Laburista. Forsi wieħed jgħid li din hija s-sindku tal-lokalita’ li hu kunsillier tagħha. Dan jien nifhmu. Imma milli qaluli, dan ir-ritratt ttieħed waqt attivita’ politika li orġanizzat il-kandidata Laburista Zerafa Civelli, eżattament f’coffee morning politiku.

Fi kliem ieħor, kunsillier Nazzjonalista mar attivita’ politika tal-kandidata Laburisita Alison Zerafa Civelli. Infakkar li Zerafa Civelli hija oħt il-mara tal-Prim Ministru attwali Robert Abela.

X’ser jgħidu issa n-nies ta’ Bernard Grech? X’jaħsbu dwar dan il-kunsillier Nazzjonalista li ried lil Bernard Grech flok Adrian Delia u issa mar f’attivita’ politika ta’ kandidata tal-Partit Laburista li tiġi oħt il-mara tal-Prim Ministru attwali Robert Abela?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *