Ikkonfermat li l-Prim Ministru ħiereġ fuq l-istess distrett li fuqu ser jikkontesta Bernard Grech

Dan is-sit kien ta’ l-aħbar li l-Prim Ministru ser jikkontesta fuq il-ħames distrett li huwa magħmul minn l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq u Birżebbuġa. Bi skantament ta’ ħafna, Robert Abela telaq is-sitt distrett li parti minnu huwa Ħal Qormi fejn trabba. B’din id-deċiżjoni nfetħet taqtiegħa bejn iż-żewġ mexxejja tal-partiti għaliex anke Bernard Grech ser jikkontesta l-ħames distrett.

L-aħħar darba li kien hemm tellieqa diretta bejn iż-żewġ mexxejja tal-partiti fuq l-istess distrett kien fuq it-tieni, bejn Lawrence Gonzi u Joseph Muscat fl-2013. Imbagħad kien hemm bejn Mintoff u Borg Olivier. It-tnejn kienu jikkontestaw fuq l-ewwel distrett. Bernard Grech jidher li għandu vantaġġ żgħir fuq Robert Abela għax hu ġej minn dawk in-naħat u jiftaħar li għix parti minn ħajtu f’Birżebbuġa. Biss ma naħsibx li dan ser ikun ta’ ġid wisq meta tqis li dan hu distrett qawwi Laburista u fl-elezzjoni tat-2013 tella’ erba’ mill-ħames deputati li ħarġu fuq dan id-distrett.

Mela l-isfida telqet il-Ħadd li għadda meta l-Prim Ministru xandar din id-deċiżżjoni. Bernard Grech ġie avżat li dieħel f’kompetiżżjoni mal-mexxej tal-Partit Laburista. Bniedem avżat nofsu armat. Mela Dr Bernard Grech għandu din l-isfida u ġie mgħarraf fuqha minn ħafna qabel ma xxandret meta ser tkun l-elezzjoni ġenerali.

Mela issa Dr Grech irid jaħdem iżjed biex jerbaħ dan il-challenge li huwa għandu. Dr Bernard Grech ilu jeqred li ser joħroġ fuq distrett li jxaqleb lejn il-Labour b’referenza għall-ħames distrett. Biss imbagħad huwa ikkonferma wkoll li ser joħroġ fuq-il ħdax il-distrett li dejjem xaqleb lejn il-Partit Nazzjonalista. Mela Dr Bernard Grech irid jaċċetta l-fatt li bil-mossa ta’ Robert Abela huwa daħal f’konfront dirett mal-Prim Ministru. Dr Bernard Grech mill-bidu xandar li hu se jilgħab home fid-distretti li kien ser jikkandida ruħu.

Fil-fatt trabba Birżebbuġa u ħiereġ fuq hemm u qed jgħix il-Mosta u ħiereġ fuq hemm ukoll. Sewwa għamel li żamm mad-distretti fejn hu magħruf. Nispera li issa Dr Bernard Grech ma jibdiex jivvinta l-iskużi li ser jitlef it-tellieqa mal-ap tal-Gvern minħabba li mhux ħiereġ fuq distretti magħrufin għall-vot Nazzjonalista. L-għażla ta’ Bernard Grech għamilha Dr Grech stess. Lanqas ta’ ċans lill-Partit Nazzjonalista jistudja fejn ikun l-aħjar li joħroġ Dr Grech għax mill-ewwel xandar l-għażliet jew il-preferenzi tiegħu.

Aħna nawguraw liż-żewġ mexxejja f’din it-tellieqa bejniethom li se tagħti wkoll il-possibilita’ li Dr Robert Abela jitqabbel ma’ Dr Bernard Grech anke min-numru ta’ voti li ser jakkwistaw fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *