Pazjenti fil-long stay ward tal-isptar ta’ Għawdex jispiċċaw jieħdu l-covid wara li ġew imlaqqma u mogħtija l-booster

Irċevejt ittra mingħand persuna professjonali li taħdem fil-qasam tas-saħħa ġewwa l-isptar ta’ Għawdex. Din il-persuna tagħtni ismiha imma għar-raġunijiet ta’ sigurta qed inżommha fl-anomita’. Din il-persuna qaltli li hija mhix kontra l-vaċċin anzi ħadithom. Biss bħala professjonista fil-qasam tas-saħħa ma tistax ma tinnotax każ partikolari li jitfa’ dawl fuq kemm hija perikoluża din it-tilqima li qed jagħti l-gvern lin-nies. Imma ħadd ma jrid jitkellem għax jibża’ mir-riperkussjonijiet.

Bħalissa, ġewwa sala partikolari fl-isptar ta’ Għawdex hemm epidemija sħiħa tal-corona virus minkejja li l-pazjenti ħadu t-tilqima kollha u anki l-booster. L-osservazzjoni ta’ din il-persuna li ġejja mid-dinja medika hija li dawn il-pazjenti ma kellhomx il-corona virus qabel ma ħadu t-tilqima.

Hawn qed nitkellmu fuq pazjenti partikolari li jkunu ilhom f’din is-sala, għaliex dawn huma pażjenti li prattikament iridu jqattu ħajjithom fl-isptar minħabba l-kundizzjoni mentali tagħhom. Din is-sala partikolari tissejjaħ bħala l-long stay ward. B’hekk wieħed jista’ jsegwi l-andament tal-pazjenti aħjar fuq medda ta’ xhur jekk mhux ukoll snin.

Mela, is-sena l-oħra, dawn il-pazjenti ma kienux ġew mlaqqma. Mingħajr it-tilqima, ma kienx hemm każ wieħed ta’ Covid f’din is-sala, avolja kienu isiru swabs regolari. Issa dawn il-pazjenti ġew kollha bil-fully vaccinated u ħadu anki l-booster. Ir-riżultat illum huwa li f’din is-sala magħrufa bħala long stay ward qed ikun hemm kuljum każijiet ġodda ta’ Covid.

Din il-persuna kompliet tgħidli hekk:

Il-pazjenti tagħna huma l-istess pazjenti tas-sena l-oħra. Allura kull eżempju huwa like with like għaliex qed nitkellmu fuq l-istess pazjenti. Veru li hemm epidemija tal-corona virus, biss fil-każ ta’ din il-ward, din l-epidemija grat issa wara li l-pazjenti ħadu il-vaccination u l-booster u mhux qabel. Is-sena l-oħra, qabel ma sar it-tilqim, ma kienx hemm każ wieħed ta corona virus f’din is-sala partikolari.”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *