Marsaxlokk dalgħodu qam bla dawl
Dal-għodu Marsaxlokk qam bla dawl. Kont naħseb li l-qtugħ tad-dawl spiċċa minn pajjiżna. Il-qtugħ tad-dawl kont nassoċjah mas-snin sebgħin u bidu tas-snin tmenin. Imbagħad sar investiment fil-power stations u l-qtugħ waqaf. Issa bl-investimenti kollha li saru, l-qtugħ ta’ dawl reġa’ qed isir komuni. Din mhix l-ewwel darba li Marsaxlokk spiċċa bla dawl.