Ir-ribelli għaddejjin fuq kampanja personali biex isalvaw ġildhom għax jafu li l-Partit Nazzjonalista sejjer jitlef

Blog post minn osservatur politiku

Anke f’kampanja elettorali l-Partit Nazzjonalista huwa maqsum. Id-deputati ribelli, li llum huma wkoll kandidati tal-Partit Nazzjonalista, qed jagħmlu kampanja fuq livell personali u qed jinsew li huma rappreżentanti ta’ partit politiku li żgur huwa ħafna akbar minnhom.

Araw kif qed jissieltu għal voti fuq livell personali. Ejja nieħdu xi eżempji. Aqraw l-artiklu fuq l-aħħar paġna tal-gazzetta Times of Malta tal-bieraħ is-Sibt 5 ta’ Frar, fejn hemm artiklu ta’ Jason Azzopardi. Aqrawh u tifhmu il-kwalita’ ta’ tgħajjir li hemm miktub kontra l-Prim Ministru ta’ pajjiżna. Għalkemm id-deputati kienu imwiddbin minn Dr Bernard Grech biex jieqfu jużaw jew jiktbu kliem ta’ mibgħeda, lanqas laħqu għaddew ftit siegħat li ma ħariġx jgħajjar lil Dr Robert Abela. Taħsbu li qed iżid il-voti lejn il-Partit Nazzjonalista b’dan l-atteġġjament u b’dan l-istil ta’ politika? Daqshekk jistmaħ lill-Kap tiegħu Dr Jason Azzopardi.

Ifhmu x’messaġġ qed jibgħat, ivvutawli għax jien għandi l-gutż nikteb u ngħajjar.

Eżempju ieħor rajnih lampanti fil-Kumitat tal-Parlament dwar il-kontijiet pubbliċi. Kemm smajna tgħajjir u insinwazzjonijiet mir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fuq dan il-kumitat. Kemm għaddew kliem li mhux idoneu għall-parlament Beppe Fenech Adami, Carol Aquilina u Ryan Callus. Taħsbu li qed jagħmlu xi ġid lill-Partit Nazzjonalista! Anke l-ispeaker ġibdilhom widnejhom biex joqgħodu attenti x’lingwaġġ jintuża waqt dan il-kumitat. Dawn qed jagħmlu hekk biex mingħalihom jintogħoġbu mal-votant Nazzjonalista. Dawn mingħalihom li hemm votanti li ser jivvutawlhom għax qed jitpastsu waqt is-sezzjonijiet ta’ dan il-kumitat. Issa barra l-ispeaker għandna wkoll lil Bernard Grech li widdibhom. Imma dawn ma jimpurthomx għax ma jagħtux każ li qed jagħmlu l-ħsara lill-Partit Nazzjonalista. L-importanti għalihom li jaħsbu li qed jintogħoġbu mal-elettorat fuq livell personali.

Eżempju ieħor tagħtulna Therese Comodini Cachia meta ħarġet tattakka deputat ieħor fuq l-istess bankijiet tal-oppożizzjoni. Din qatgħet qalbha mill-ħajja politika u mhux reġgħet ħierġa bħala kandidata mal-Partit. Grazzi Mulej. Għax verament b’dak li għamlet, sostniet b’aktar saħħa d-diviżjonijiet li hemm. Din id-deputata, sa ftit ieħor, uriet li tiġi titmellaħ mill-Partit Nazzjonalista għax għamlitlu ħafna ħsara fuq livell nazzjonali. Din il-pseudo kap tal-Partit Nazzjonalista ħasbet li billi tgħajjar ser terbaħ xi voti tal-floaters. Tant marret żmerċ li minħabba fiha kellu jitwiddeb il-grupp parlamentari kollu u fl-aħħar Dr Bernard Grech ammetta li dan it-tgħajjir qed ikollu effett ħażin ħafna fuq il-votanti tal-Partit Nazzjonalista.

Il-qsim li għadu fost il-Partit Nazzjonalista jirrifletti ħażin ħafna fuq il-Kap. Dan kellu ħmistax-il xahar biex jaħdem fuq dawn id-diviżżjonijiet u dan it-tgħajjir. F’dan iż-żmien ma rnexxilux iwaqqfu jew jikkalmah, tant li wara dawn ix-xhur kollha fit-tmun, fl-aħħar siegħat smajnih iwiddeb lill-grupp parlamentari tiegħu biex ma jużawx iżjed kliem ta’ mibgħeda. Mhux talli Bernard Grech ma avanża xejn fis-sondaġġi talli biċċa inkwiet intern ma kellux il-ħila jsolvih. U prova ta’ dan kollu, kemm ma mexiex ‘il quddiem huwa s-sondaġġ ippubblikat llum fit-Torċa u l-Malta Today li dwarhom bi ħsiebni nikkummenta separatament.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *