Manuvri fil-PN biex Eve Borg Bonello ma titħalliex toħroġ bħala kandidata Nazzjonalista fuq l-għaxar distrett
Bħalissa ħierġa informazzjoni mill-kuruturi tad-Dar Ċentrali li qed isiru manuvri biex Eve Borg Bonello ma titħalliex toħroġ kandidat mal-Partit Nazzjonalista. Eve Borg Bonello hija persuna b’pjuttost magħrufa sew fil-Partit Nazzjonalista anki jekk hija għadha żgħira fl-eta’. Hija l-President tal-forum taż-żgħażagħ, Team Start. Kemm-il darba rajnieha tipprotesta jew tgħaddi messaġġi kontra l-Gvern f’okkażjonijiet diversi. Kienet hi u sħabha li marru jipprotestaw quddiem il-headquarters tal-Partit Laburista.
Hu fatt magħruf li Eve Borg Bonello tixtieq tkun kandidata fl-elezzjoni li ġejja mal-Partit Nazzjonalista. Dan is-sit jista’ jkompli jiżvela li hemm min jixtieqha tkun kandidat, imma hemm min jixtieq li titħalla barra. Eve Borg Bonello tixtieq toħroġ fuq l-għaxar distrett. Nafu li fuq l-għaxar distrett, Bernard Grech qed jagħmel ħiltu biex jippromovi lill-kandidata Emma Portelli Bonnici. Infakkar li din hija persuna li għandha ħsibijiet liberali li darsu lil ħafna Nazzjonalisti.
Il-fatt li qed issir oġġezzjoni biex Eve Borg Bonello tkun kandidata huwa relatat mal-fatt li jekk titħalla toħroġ ser ittellef lill-istess Protelli Bonnici li titla’ fil-Parlament. Infatti, iċ-ċans huma li Portelli Bonnici titla’ fil-Parlament bl-emendi li saru biex jkunu promossi aktar nisa ġewwa din l-istituzzjoni. Jekk titħalla toħroġ Borg Bonello, iċ-ċans għal Portelli Bonnici li titla’ jonqos sewwa.
S’issa isem din it-tfajla ġie mwaqqaf minn Bernard Grech għal kemm-il darba. Fil-fatt qed jingħad li Borg Bonello resqet in-nominazzjoni tagħha sitt xhur ilu u sa issa għadu ma ttiħiedx vot fl-esekuttiv fuq il-kandidatura tagħha. Dan il-vot s’issa ġie postpost ħames darbiet, għalkemm hi resqet in-nomina tagħha skond il-proċeduri li hemm imniżżlin fl-istatut. Hi wriet ix-xewqa li toħroġ fuq l-għaxar distrett imma kif spjegajna sabet intopp għaliex hemm il-kandidatura ta’ Portelli Bonnici.
Issa ħafna jgħidu li Emma Portelli Bonnici ma hi popolari xejn fuq dan id-distrett imma Bernard Grech ma jridx itellef il-possibilita’ li Portelli Bonnici issir membru tal-parlament minħabba l-klawsola taż-żieda ta’ siġġijiet favur in-nisa.
Fl-imgħoddi, dan is-sit kellu artiklu fuq il-mod ta’ kif kienet qed iġġib ruħha Eve Borg Bonello fil-politika lokali. Dan l-artiklu kien ġab kritika mill-grupp liberali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Hawn qed nirreferi għal CSN. Niskanta u nitkixxef kif dan il-grupp tas-Civil Society Network illum baqa’ b’ħalqu magħluq għax żgur jaf b’din l-istorja.
Dak li jista’ jżid dan is-sit li mhux sew li Eve Borg Bonello mhux qed titħalla tikkontesta fuq l-għaxar distrett. Jekk hemm nisa liberali li qed jitħallew joħorġu mal-Partit Nazzjonalista, hija għandha wkoll dritt li titħalla toħroġ. Tasal għall-konklużjoni li mhux il-ġid tal-Partit huwa mportanti imma l-wiċċ ta’ ċertu kandidati.