Jekk għada l-Prim Ministru ma jsejjaħx l-elezzjoni jkun ifisser li din ser issir f’Ġunju
Għada l-Prim Ministru sejjer l-Imqabba. Din hija lokalita’ fuq id-distrett li fuqu ser ikun qed joħroġ bħala kandidat. Qed isir ħafna preparamenti fil-kamp Laburista għal din l-attivita’. Id-deputati u l-kandidati ġew imħeġġa biex jattendu.
Dan is-sit ta l-aħbar li l-Prim Ministru mhux ser joħroġ fuq is-sitt distrett li jinkludi lill-pajjiżu, jiġifieri Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ. Minflok ħiereġ fuq il-ħamsa li jinkludi lil Birżebbuġa, Qrendi, Imqabba, Ħal Kirkop, Żurrieq u Ħal Safi. B’hekk jekk għandu ħsieb li jsejjaħ elezzjoni dan ser jgħidu fid-distrett li ħiereġ fuqu. Fuq kollox għada ħiereġ survey ta’ Marmara li kif ġa għidt ser ikun ippreżentat bħala wieħed pożittiv għall-Prim Minsitru.
Issa l-Prim Ministru għandu għada u t-Tnejn biex iħabbar l-elezzjoni jekk irid jagħmilha f’Marżu. Jekk le u ma jħabbarhiex, ma jibqagħlux triq oħra għajr li jagħmilha fil-bidu ta’ Ġunju.
Istra x’inteligenza, jekk mhux hmar felu!