Il-Kampanja tal-Partit Nazzjonalista kontra l-Kanċer mhux f’waqta lejlet kampanja elettorali

Blog post minn osservatur politiku

Wara li fl-2019, ħafna rjus kbar fil-Partit dakinhar, saħħnu lin-nies kontra l-Kap dak iż-żmien, Dr Adrian Delia, fi żmien il-kampanja elettorali għall-membri tal-Parlament Ewropew, bil-media taparsi indipendenti ittiehom palata.

Issa l-klikka ta’ Bernard Grech reġgħet marret għall-kampanja li kien għamel Adrian Delia dwar il-kura tal-kanċer. Ikollu wieħed ifakkar kemm inqala paroli fil-vojt mill-Blue Heroes meta il-Partit Nazzjonalista fi żmien Adrian Delia wiegħed li anke mill-Parlament Ewropew se jiġġieled il-kanċer?

Imma dak iż-żmien għal dawk l-irjus kbar fil-Partit kollox kien ħażin u xejn ma kien jagħmel sens. Imma issa, il-Partit Nazzjonalista nieda l-proposti biex jiġġieled il-kanċer u dawn ħabbarhom lejliet l-elezzjoni.

Peter Agius, il-kelliem ewlieni flimkien ma’ Stephen Spiteri marru quddiem iċ-ċentru tal-onkoloġija ħdejn l-isptar Mater Dei u waqt konferenza stampa preżentaw dawn il-proposti li kienu riċiklati minn dawk imxandra diġa mill-Partit Nazzjonalista fil-kampanja elettorali tal-2019. Anzi issa għamlu agħar għaliex xandruhom eżattament fil-bidu ta’ kampanja elettorali.  

Biss dan kollu jkompli juri kemm kien fuq it-triq it-tajba Adrian Delia u kemm kien għaqli li proposti bħal dawn ma jħallihom lejliet elezzjoni għaliex idarsu lin-nies.

Iżda wisq iżjed jikxef l-ipokrezija tal-Blue Heroes. Meta qablilhom ħaduha qatta bla ħabel kontra l-kampanja kontra l-kanċer u issa għax jikkmandaw huma, serqu l-ideat ta’ Adrian Delia u għamluhom tagħhom lejliet elezzjoni u b’hekk issa qed jidher li l-Partit Nazzjonalista qed jippolitiċìzza.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *