Għada ħiereġ survey disastruż ieħor għal Blue Heroes
Għada ħiereġ survey disastruż ieħor għall-Blue Heroes. Dan is-survey ser jikkonferma li d-distakk għadu ta’ aktar minn 40,000 vot. Fuq kollox, dan is-survey ser jikkonferma dak li ngħad f’dan is-sit, kemm minni u anki minn Dr. Hermann Farrugia li qed jiżdiedu dawk li ser ikun qed mhux ser jivvutaw jew jastenju milli jivvutaw.
Fi kliem ieħor, dan is-survey ser jikkonferma l-ħsara li għamlu l-Blue Heroes għadha tinħass sal-lum allavolja għaddew aktar minn sena mill-elezzjoni tal-kap. Kif jista’ jkun l-elettorat jinsa’ l-mibgħeda li daħħlu dawn il-Blue Heroes, meta taqra kif fl-aħħar grupp parlamentari ta’ ftit jiem ilu, Dr Bernard Grech kellu jħeġġeġ lill-grupp tiegħu biex ma jużawx kliem ta’ mibgħeda. Dan huwa kollu riżultat tal-għira li nħolqot wara l-elezzjoni tal-Kap tal-2017 li fissret mibgħeda minn ċertu deputati lejn il-kap tagħhom stess.
Meta tiftakar minn xix għadda l-Partit Nazzjonalista minħabba dawn ir-ribelli, ikollok bil-fors tikkonkludi li ser ikun diffiċli għall-Partit Nazzjonalista li jippreżenta ruħu quddiem l-elettorat bħala partit magħqud. Dr Grech saħaq jumejn ilu fil-grupp parlamentari li n-Nazzjonalisti ddardru jisimgħu din it-tip ta’ politika. Dr Bernard Grech kompla juri li din it-tip ta’ ħdura politika qed issarraf biss f’nuqqas ta’ fiduċja fil-Partit Nazzjonalista. Minflok semgħu minnu, illum The Times ippubblikat fl-aħħar paġna artiklu minn Jason Azzopardi.
Qed ikollha anke effett fuq min ivvota lill-Partit Laburista fl-2017 għax ma jarax ħlief kattiverja bejn id-deputati Nazzjonalisti stess. Din il-ħdura politika qed titfa’ messaġġ li la bejnietna nagħmlu hekk aħseb u ara mal-elettorat x’nagħmlu. Id-diviżżjoni li ħolqot din il-klikka ta’ ribelli, wasslet u għadha twassal nuqqas kbir ta’ konfort minn diversi votanti Nazzjonalisti li kull ma qed jaraw anke sa ftit ġranet ilu, li l-firda li nħolqot fl-2017 għax tela’ Adrain Delia b’mod mill-aktar demokratiku, għadha hemm u għadha ssaltan fost dawk l-ikbar esponenti tal-Partit li qed jitolbu l-vot lill-elettorat.
B’hekk dak l-elettorat li qed jirrikonoxxi li għandha Gvern korrott, jippreferi li ma joħroġx jivvota milli jivvota lill-Partit Nazzjonalista tal-BLue Heroes u tar-Repubblika.
Dawn ir-ribelli għadhom jużaw l-istess tip ta’ politika li użaw ma’ Dr Adrian Delia. Għadhom jużurpaw is-suppervja u l-arroganza tagħhom. Trid tkun veru kattiv biex wara li persuna tkun twarrbet minn kap ħmistax-il xahar ilu, tibqa’ tattakkah. U dan kollu għax iddefenda ruħu min-nies li imitaw lid-deputati ribelli fit-tgħajjir u l-insinwazzjonjiet. Biex il-Partit Nazzjonalista jitfejjaq minn din il-ħdura l-votant irid jagħmel kinsa tajba dak in-nhar tal-eleżżjoni ġenerali.
Jekk il-votant Nazzjonalista jħobb il-partit tiegħu bil-fors irid jagħmel l-almu tiegħu biex meta jkun qed jikteb in-numri fuq il-karta tal-vot iħalli vojta dawk il-kaxxa ta’ ħdejn isem ir-ribelli u ta’ dawk il-kandidati li għinuhom u għadhom jappoġġjawhom. B’hekk biss din il-mibgħeda li tkellem fuqha Dr Bernard Grech tista’ tinxef u titwarrab mill-Partit Nazzjonalista u forsi jista’ jsir partit glorjuż bħal ma kien fl-istorja kbira tiegħu.
Il PN ma jitghallem qat
Il PN, spicca partit bla kap, jew kap jow-jow, kap bla sinsla, kap bla bajd u kap bla vici, u dan mal kinsa papali li ghandu bzonn il partit fl elezzjoni li gejja, il kap ghandu jkun fuq quddiem biex jinkines, u qieghed jigi previst li wara din l elezzjoni li jmiss, il PN se jintnesa li xi darba kien partit politiku. MAY HE REST IN PEACE
La Dr.B Grech ma kienx kapaci jiehu decizjonijiet konkreti u jwarrab deputati li kissru Partit, mela sta ghal elettorat biex jiehu decizjoni hu. Toghgobni l-idea li thalli il kaxxa vojta tal kandidati li trid twarrab. Prosit!!!!