Stramba kif Robert Aqulina u Jason Azzopardi u l-anqas il-media ma tkellmux fuq ir-raid li sar mill-pulizija fl-uffiċju ta’ Joseph Muscat f’Sa Maison

The Times tatna storja dwar l-uffiċju li għandu l-ex-Prim Ministru ġewwa Sa Maison. Minn din l-istorja insiru nafu li dan l-uffiċju ġie mogħti lilu mill-gvern ta’ Robert Abela bħala parti minn pakkett li kien offrut mill-gvern lil Joseph Muscat. Dan l-uffiċju jinsab fl-istess binja fejn hemm l-uffiċju ta’ transport Malta f’din il-lokalita’.

Jien mhux ser nidħol fl-istorja jekk dan hux sew jew le. Dik inħalliha għall-politiċi. Biss hemm aspett ta’ din l-istorja li ssemma fuq fuq minn The Times. Dan hu marbut mat-tfixxija li l-pulizija għamlet fuq fil-propjeta’ ta’ Joseph Muscat f’Bumarrad. F’dan l-artiklu nsiru nafu li l-Pulizija għamlet “raid” ġo dan l-uffiċju fl-istess ħin li kienu qed ifittxu għal dokumenti fid-dar tiegħu!

Għaliex ħadd fil-media ma tkellem fuq dan ir-raid? X’interess kellhom Jason Azzopardi u Robert Aquilna biex jitfu l-attenzjoni fuq ir-raid li kien qed isir fuq id-dar ta’ Joseph Muscat u ma jsemmu xejn fuq ir-raid li sar fl-uffiċju tiegħu f’Sa Maison? Possibli li ma kienux jafu li Muscat għandu dan l-uffiċju f’Sa Maison u li dan kien ukoll qed ikun imfittex mill-pulizija?

Stamba hux?! Normalment, dokumentazzjoni marbut ma’ xogħol, bħal ma kienu qed ifittxu l-pulizija tkun aktar f’xi uffiċju milli fid-dar.

https://timesofmalta.com/articles/view/joseph-muscats-sa-maison-office-was-part-of-severance-package-abela.931978?fbclid=IwAR3ft0rp2_lkbm8OD8xb7uiqbObERnbuCmsQcKCeymdtGnpqv27RlixoBgw

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *