Il-mossa kobra li jrid jagħmel Bernard Grech

Minn qarrej ta’ dan il-blog

Iċ-ċansijiet li l-Partit Nazzjonalista jirbaħ l-elezzjoni li jmiss nistgħu ngħidu li huma impossibli, pero’ nħoss li hemm ċans żgħir li l-Partit Nazzjonalista jidħol fil-logħba jekk Bernard Grech jieħu deċiżjoni li hi remotissima, imma biha jista’ jdaħħal lill-Partit Nazzjonalista biċ-ċans u forsi jsir miraklu u jirbaħ l-elezzjoni. Fi kliem ieħor irid jilgħab mossa kobra jew jagħmel “cobra manoeuvre”. Din il-kelma tintuża fl-avjazzjoni meta pilota ta’ ajruplan li jkun għaddej bi speed normali jagħmel manuvra perikoluża ħafna li twaqqaf f’daqqa l-ajruplan, b’mod drammatiku, f’pożizzjoni wieqfa.

Huwa fatt magħruf minn huma l-uċuh li kissru u biċċru lill-Partit Nazzjonalista f’dawn l-aħħar snin. Dawn ma tantx jinżlu tajjeb mal-maġġoranza tal-elettorat minħabba l-ħdura li jittrassmettu. Minħabba dawn in-nies, il-Partit Nazzjonalista ftit sar għandu ċans li jista’ jerbaħ l-elezzjoni. Pero’ jekk Bernard Grech jieħu deċiżjoni kuraġġuża u jordna lid-deputati biex jinfatmu minn Repubblika u Occupy Justice forsi jkollu ċans żgħir li jirbaħ. Waqt li hu fatt li f’partit trid lill-kulħadd, ma jistax iħalli lil dawk ta’ Repubblika u Occupy justice jiddettaw l-aġenda tal-Partit Nazzjonalista.

Dawk id-deputati li jħossu li saru mażra mal-partit ma għandhomx jitħallew jagħmlu aktar ħsara billi jqegħdu l-bsaten fir-roti b’mod speċjali kontra kandidati ġodda. Il-paladini li jħobbu il-partit u l-pajjiżhom b’imħabba li m’hawnx bħalha ma naħsibx li għandhom isibuha diffiċli biex ma jikkontestawx din l-elezzjoni għal ġid tal-pajjiż jew għall-inqas ma jagħmlux ostakkli biex kandidati validi joħorġu fuq id-distrett tagħhom u jekk joħorġu ma jaħdmux kontra tagħhom.

B’hekk il-ballun qiegħed f’siq Bernard Grech. Id-deċiżjoni tinsab f’idejh. Hu hawn fejn tiġi l-manuvra Cobra. Jekk hemm bżonn Bernard Grech qiegħed il-piż tiegħu u ċertu deputati l-anqas iħallihom joħorġu. Dan huwa l-uniku ċans irqiq li fadallu. Il-problema hija li ż-żgħażagħ ma jifilħux aktar għal din it-tip ta’ politika. Dan Bernard Grech jafu sew għaliex is-surveys li qed isiru internament mill-partiti huwa l-aktar iffukati kif ser jivvutaw iż-żgħażagħ f’din l-elezzjoni.

B’hekk biss Bernard Grech jista’ jibni team madwaru ta’ stoffa. LI toffri drinks wara l-laqgħa tal-grupp parlamentari mhux biżżejjed. Dak li hemm bżonn huwa li jinbena team ġdid.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *