Kandidati Nazzjonalisti validi jridu joqgħodu aktar attenti ħalli ma jinħarqux qabel iż-żmien

Minn osservatur politiku

Il-Partit Nazzjonalista u l-kandidati tiegħu jridu joqgħodu aktar attenti waqt li jkunu qed jagħtu konferenzi stampa. Għaliex qed ngħid dan? Waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa, il-kandidat validu Jerome Caruana Cilia, tal-Partit Nazzjonalista, ħa żball u bħal ma jiġri fil-politiku dan ikun amplifikata bħall-gaffe kbira. Ħa naraw x’qal Jerome Caruana Cilia u nitkellmu x’ġara? Caruana Cilia qal hekk:

Taħt Gvern Laburista inkluż taħt Robert Abela għal kważi tmienja fil-mija. Taf x’jiġifieri ħbieb tiegħi, illi kważi tmienja minn għaxra tal-ħaddiema Maltin, tmienja minn għaxra ta’ kull ħaddiem Malti, li qiegħdin jaħdmu”.

L-iżball hawn huwa li tmienja fil-mija ġiet interpretata bħala tmienja minn kull għoxra minflok tmienja fuq kull mija. Hawnhekk għandna kwotazzjoni li kienet qed issir wara li nqrat xi tip ta’ statistika maħruġa minn awtoritajiet kompetenti.

Nifhem li kulħadd jista’ jiżballja. Nifhem ukoll li Caruana Cilia qed jingħata coaching tajjeb. Wieħed irid jevita dawn it-tip ta’ ‘slip of the tongue’ anki jekk dan l-iżball intqal darbtejn wara xulxin u aktar u aktar minn kandidati li ilhom ikun esposti fuq il-media.

Huma b’dawn it-tip ta’ żbalji li jkissru kandidati fil-politiċi għaliex fid-dinja medjatika tal-lum, dawn ma jirriflettux tajjeb fuq ebda kandidat, u lanqas fuq il-Partit li jkun qed jippreżenta u jistgħu jibqgħu jintużaw biex jitkisser kandidat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *