Il-qtil ta’ Paulina Dembska: l-istrateġija kienet li tbiegħed kemm jista’ jkun kull dell ta’ gayyaġni minn fuq dan il-każ u tpenġih bħala femmiċidju

Aktar ma qed jgħaddi ż-żmien, aktar qed joħroġ ċar li l-istrateġija tal-media liberali kienet li tbiegħed dan il-każ tal-qtil ta’ Paulina Dembska minn kull dell ta’ gayyaġni u tpenġih bħala każ ta’ femmiċidju anki jekk ma kienx il-każ.

Infakkar li dak li kiteb Fr. David Muscat fil-famuż kumment tiegħu ħiereġ kollu fil-qorti. Ħa nfakkar ftit dak li ħareġ fil-qorti s’issa waqt il-kompilazzjoni ta’ evidenza fil-każ ta’ Abner Aquilina u nieqaf fuq punt importanti ħafna: 

The court heard how the suspect told police key details of the day of the murder, including that he had followed and attempted to attack two men before the 29-year-old Polish woman was murdered. He said his life echoed Stanley Kubrick’s dystopian horror movie A Clockwork Orange, whose psychopathic protagonist is imprisoned for rape and murder.

Dan mhux kif iddeskriva s-sitwazzjoni Fr. David Muscat meta tkellem fuq gayyaġni u possessjoni meta tkellem fuq dan il-każ ? Mela Fr. David Muscat ddeskrivih eżatt. Mela hawn għandha każ ta’ gayyaġni. Għaliex tal-LGBTIQ ma ħarġux jaqbżu għal Abner Aquilina? Minflok tal-LGBTIQ qed jagħmlu kif għamel il-pastor Manchè u jgħidu li ma jafuhx. Fi kliem ieħor qed jiċħduh. 

Jidher ċar li kien hemm agenda u l-agenda li kienet qed titmexxa fil-media kienet dik biex f’dan il-każ ma jidher imkien li hemm xi gayyagni fin-nofs. M’hekk titwarrab kull referenza li kien hemm bosta gays li marru ma’ Abner Aquilina bi ħlas. Mela wieħed jifhem għala l-media kellha interess li tispinja din l-istorja kollha tad-delitt ta’ Paulina Dembska bħala femmiċidju u dan il-femmiċidju seħħ minħabba li moħħ l-akkużat ġie mnawwar mir-reliġjon. Ara issa għax ħierġa l-verita’ kollha, il-media ma għadhiex titkellem fuq dan il-każ.

Mela hawn mhux vera għandna każ li trid issir xi ġustizzja mal-gays. Hawn għandha każ fejn il-politiċi qed jipprovaw jgħattu lill-gays u biex jilħqu dan il-għan, għamlu pressjoni fuq il-pulizija biex tmexxi kontra Fr. David Muscat. Wieħed jistaqsi din x’ġustizzja hija?

Mela għaliex Fr. David Muscat qal lil dan il-bniedem li kien involut f’gayyaġni miskien ġie mtella’ l-qorti. Imbagħad ħaddieħor użah u ramih. Il-pastor Manchè u l-NGOs tal-liberali ngħaqdu u ċaħduh! Fi kliem ieħor, kif ġara fi żmien Kristu, żewġ egħdewwa saru ħbieb. Tiftakru l-istorja ta’ Erodi u Pilatu li ma kienux jitkellmu. Hekk kienu l-NGOs tal-Liberali u l-pastor Manche. Bħal din l-istorja bibblika, quddiem dan il-qtil, dawn saru ħbieb. Mela quddiem din it-traġedja, kemm il-pastor Manchè u MGRM irmew lil Abner. Sadattant hemm min irid isallab lis-Sammaritan li qabeż għalih.

F’din l-istorja kollha, jekk hemm Sammaritan, dan hu Fr. David Muscat. Dan is-Sammaritan spiċċa jiġġieled fil-qorti biex jissalvawgwardja l-liberta’ personali tiegħu. Dan is-Sammaritan jista’ jispiċċa l-ħabs għaliex anki l-arċisqof tiegħu, li suppost iddefendih, ramih biex jilgħaq l-agenda liberali u progressiva. Forsi għadu jaħseb li l-ħbieb li għandu Ruma jistgħu xi darba jaħtu l-famuż kappell aħmar. Il-qassis ta’ veru hu dak li jiġi għala biebu mill-unuri tad-dinja! L-imħallef divin iħobb l-aktar lil min hu kkurċifissat bħalU u nissogra nikteb li f’dan il-każ, il-persuna kkruċifissata hija Abner Aquilina!

Infakkar lil dawk li forsi qed jaraw dan l-argument bħala wieħed ftit esaġerat li Abner Aquilina ġie sodomizzat minn irġiel u anki għamel viċi versa. Dan il-povru għamel dan kollu biex ikollu flus ħalli jħallas għall-vizzju tad-droga.

Imma l-media ma tridx tgħidilna li hawn għandha każ ta’ male prostitute imma ppruvat tbellagħha lin-nies li dan kien straight case ta’ femmiċidju! Imbagħad għaliex xi ħadd tkellem li dan hu każ ta’ ‘male prostitution’, il-pulizija mexxiet kontrih fuq “hate speech” fuq insistenza tal-għaqda tal-gays! Daqt nibdew ngħidu li l-irġiel ”straight” biss joqtlu in-nisa u l-“gays” kollha bir-raġġiera u l-ebda mara qatt ma qatlet lir-raġel tagħha!

Infakkar li l-istorja tgħallem li d-dittaturi, anki jekk ideoloġikament diversi u jobgħodu lil xulxin, jixxiebħu fil-metodu u lesti jagħmlu alleanzi ma’ xulxin biex jilħqu l-iskopijiet tagħhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *