Clayton Bartolo u Clint Camilleri kienu favur l-għażla ta’ George Hyzler

Il-bieraħ tajt l-aħbar dwar min kienu il-membri tal-kabinett tal-Gvern li kienu kontra l-għażla ta’ George Hyzler bħala r-rappreżentant Malti fuq il-Qorti tal-Awdituri. Għidt ukoll li l-Prim Ministru u anki l-viċi-Prim Ministru Chris Fearne kienu favur din l-għażla tant li l-Prim Ministru kien mar għal din il-laqgħa wara li kien ġa ftiehem ma’ Hyzler innifsu u dan kien aċċetta li jkun nominat għal dan il-post.

Illum nista’ nagħti biċċa aħbar oħra dwar minn kienu l-ministru fuq in-naħa tal-prim ministru. Fost il-ministri li kien hemm fuq min-naħa tal-Prim Ministru nsibu lill-ministru għall-Għawdex Clint Camilleri u l-Ministru tat-Turizmu Clayton Bartolo.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *