Niżvela għala qed jingħad li l-elezzjoni ser issir fit-12 ta’ Marzu
Il-media qed titkellem dwar il-fatt li l-elezzjoni ġenerali ser issir f’nofs Marzu. Id-data li qed tissemma hija s-Sibt 12 ta’ Marzu. Tista’ issir Sibt qabel. Jekk ma ssirx fit-12 ta’ Marzu. Il-Gvern ma jibqalux triq oħra għajr li jagħmilha f’Ġunju.
Mela għaliex l-elezzjoni ser issir f’Marzu, wisq probabli fit-12 ta’ Marzu?
L-ewwel. Il-kapijiet tad-dipartiment tal-Gvern ġa ngħataw istruzzjonijiet li ma jistgħux jieħdu leave għal tliet xhur li ġejjin. L-i”stop leave” ifisser li gvern qed iħejji għall-elezzjoni.
It-tieni hemm iż-żjara tal-Papa. Il-media ħabret li l-Papa ser ikun Malta fit-2 u 3 ta’ April. Dan is-sit jista’ jiżvela li la n-Nunzjatura u l-anqas il-kurja ma kienu jafu b’din id-data. Saru jafu biha mingħand il-media. Issa kulħadd jaf li l-Papa ma jżurx pajjiż waqt kampanja elettorali. Il-Vatikan jiltob li ma jkunx hemm elezzjoni jew kampanji elettorali sa tliet ġimgħat qabel iż-żjara u sa tliet ġimgħat wara iż-żjara. Dan it-timeframe hu impost mill-Vatikan innifsu u huma l-kundizzjoni għala l-Papa jaċċetta li jmur jżur pajjiż.
X’ifisser dan? Dan ifisser li l-elezzjoni tista’ ssir biss sa tliet ġimgħat qabel iż-żjara tal-Papa u b’hekk trid issir is-Sibt 12 ta’ Marzu jew is-Sibt ta’ qabel. Wieħed irid jiftakar li hemm minimu ta’ 33 jum differenza minn meta l-prim ministru jħabbar l-elezzjoni u l-elezzjoni nnifisha.
Jekk ma ssirx f’dawn id-dati trid issir tliet ġimgħat wara. Infakkar li fil-perjodu ta’ wara ż-żjara tal-Papa hemm il-perjodu tal-Għid. B’hekk il-Prim Ministru jrid jistenna tliet ġimgħat minn wara ż-zjara tal-Papa biex iħabbar l-elezzjoni. Imbagħad hemm il-minimu ta’ 33 jum minn meta jħabbar l-elezzjoni sakemm issir l-votazzjoni. B’hekk f’dan it-timeframe, iċ-ċans ikun biss li l-elezzjoni tista issr fl-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju,
It-tielet. Hemm indikazzjoni oħra li l-elezzjoni ser issir f’nofs Marzu, eżattament fit-12 ta’ Marzu. Dan huma r-restrizzjonijiet fuq il-Covid19 li ser jitneħħew f’7 ta’ Frar li jaħbat eżatt mal-perjodu ta’ 33 jum li l-Gvern għandu bżonn minn mindu jaħbar li ser jagħmel elezzjoni għal meta ssir il-votazzjoni. Fi kliem ieħor bejn is-7 ta’ Frar u t-12 ta’ Marzu hemm 33 jum.
B’hekk il-perjodu li fih tista’ ssir din l-elzzjoni ġenerali, huwa t-12 ta’ Marzu. Jekk irid jagħmilha ġimgħa qabel ir-rid iħabbarha f’din il-ġimgħa.
Kemm ghana shahar f’dan il pajjiz jekk mhux Hmar ,Felu.