Il-Laburisti rrabbjati għall-għażla ta’ George Hyzler bħala awditur fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Dan is-sit jinsab infurmat li ħafna Laburisti jinsabu urtati għall-Prim Ministru Robert Abela wara l-għażla tiegħu biex George Hyzler jispiċċa fil-qorti tal-awdituri fi Brussel. B’hekk George Hyzler ser ikun qed jieħu post Leo Brincat.
L-għażla ta’ Hyzler ġiet bi qbil mal-Oppożizzjoni. Dan il-qbil u l-fatt li nitgħażlet persuna li ġejja mill-kamp Nazzjonalista ma għoġob xejn anki li xi membri tal-kabinett tal-ministri ta’ Robert Abela. Imma Abela baqa’ sejjer fit-triq tiegħu.
Numru ta’ Laburisti huma rrabbjati għaliex iħossu li George Hyzler sawwat lin-naħa tal-gvern inġustament, imbagħad ma qal xejn dwar il-Prim Ministru Robert Abela. Kien hemm min saħansitra qal li din l-għażla ġiet għaliex George Hyzler ma kienx għażel li jinvestiga lill-Prim Ministru wara l-akkużi li saru dwar il-life style tiegħu li żgur ma jistax iżommhom bil-paga li għandu. B’hekk pattihielu billi nnominah għal din il-kariġa waqt li ġiet imbenġla internament fost il-Partit Laburista li ħelsu minnu.
Dak li hu żgur li din il-kariga ġġorr magħha salarju ta’ 250K fis-sena.
Meta tħabbret din in-nomina, il-media lokali rrapportat din l-aħbar ċertu ironija.