Ġimgħa terribli għal PN fejn fiha ma gwadanja xejn mill-ġlied intern fil-PL

Din kienet ġimgħa terribli għall-Partit Nazzjonalista. Bdiet bid-diskussjoni tal-famuż search li sar fid-dar ta’ Joseph Muscat. Dan wassal biex ħarġu fil-beraħ il-fazzjonijiet fi ħdan il-Lejber b’ħafna Laburisti ħarġu bi ħġarhom fuq il-media soċjali biex jaħtuh is-support. Imma minn din l-istorja, il-PN ma ggwadanja xejn.

Min-naħa tiegħu, il-Partit Laburista uża din l-istorja biex dawwar il-kanuni fuq il-PN. Joseph Muscat għamilha ċara li Jason Azzopardi kien jaf b’dan ir-raid. Dan wassal biex il-Prim Ministru kellu jagħmel reaction. Robert Abela sostna li l-ġustizzja għandna titħalla taħdem bla ebda ndħil.

Imma l-ħsara kienet saret. Jason Azzopardi kien leħaq fetaħ ħalqu. L-impressjoni li ħalla kien li din l-istorja kienet kollha ġejja minnu u huwa kien ħadem għalija. Dak li ħareġ minn din l-istorja kien is-silenzju jtarrax ta’ Jason Azzopardi fuq dan il-każ. Silenzju perfett.

Imbagħad ġiet it-tieni storja. Din id-darba mill-Parlament. F’diskors li għamel Bernard Grech qal li l-businessmen kienu qed idur fuq il-Partit Nazzjonalista. Naħseb li trid tkun politiku li qed tgħix fil-qamar biex tagħmel kumment bħal dak meta Malta u d-dinja kienet għaddejja mill-burraxka tal- Covid19 u l-Oppożizzjoni kienet tat is-support lill-Gvern għall-miżuri li kien qed jagħmel minflok ħarġet tikkritikah. Anzi kienet talbet għal aktar miżuri ħorox għax qalet li dawk tal-gvern ma kienux biżżejjed. Infakkar li dawk li tkellmu kontra dawn il-miżuri fil-PN kienu mitqiesha mill-kamp ta’ Adrian Delia u minħabba f’hekk ġew attakkati mill-istess fazzjoni ta’ kontra Adrian Delia.

Min-naħa tiegħu, il-Gvern wieżen mhux bi ftit lin-negozji kollha għajr dawk li ma ġewx affettwati direttament. Anżi kien hemm xi uħud li anki jekk ġew affettwati direttament, dawn ma ġewx imwiesna. Ara fuq dan il-punt, il-Partit Nazzjonalista ma qal xejn. Kien hemm clubs tal-football jew oħrajn li jħaddmu players barranin u kellhom jieqfu jħallsu lill-players minħabba li l-kampjunat kien waqaf. Nemmen li dawn kellhom dritt għal wage supplement bħal ħaddieħor. Ara fuq dan il-punt, il-PN ma qal xejn. Bil-mod li tkellem, il-Partit Nazzjonalista deher bħala partit li qed jgħix fil-limbu. Għax bħal li kieku ħafna min-nies tan-negozju ma jafux x’għamel il-Gvern għalihom fl-agħar żmien li qatt ħakem lill-pajjiżna. Għadu ftit kmieni biex dawn jimxu lejn il-Partit Nazzjonlista.

Issa ġiet it-tielet burraxka. Joseph Muscat reġa’ tkellem, Fil-messaġġ tiegħu, hu attakka lill-qrati, il-pulizija u l-oppożizzjoni. Biss ħafna qed jarawh bħala kritika sottili lil Robert Abela. Imma għal darba oħra, minn din il-kritika, il-PN ma hu ser jieħu xejn. Joseph Muscat jaf li issa hu ċ-ċans li jitkellem meta l-elezzjoni tinsab fil-qrib. Bħala persuna li ġejja mill-media, hu jaf meta għandu jitkellem. Tkellem is-Sibt meta normalment tieqaf il-kampanja politika. Jekk hu jrid li jkollu bargaining power fil-Partit Laburista ma jistax jitkellem wara l-elezzjoni, imma qabel.

Imma minħabba tittiżġwid intern, l-oppożizzjoni ma ggwadanjat xejn minn dan it-tieni video. Anzi, ħarġet telliefa minħabba l-istrateġija politika li ntużat fil-passat favur Maria Efimova. Forsi l-Oppożizzoni tqum wara l-elezzjoni li jmiss, dejjem jekk il-votant Nazzjonalist jelimina lil dawk li ma waqfux jagħmlulu ħsara b’azzjonithom b’mod partikolari lejn dak li kien kap elett demokratikament.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *