Ta’ Repubblika huma l-ikbar alleat li għandu l-Lejber illum

L-akbar allejati u l-aktar li qed jagħtu palata lil-Partit Laburista huma l-Għaqda Republika. Trid tkun egoċentriku jew imbeċilli biex lejliet elezzjoni ġenerali, li diġa jidher ċar li se jerġa jirbaħ il-Partit Laburista, toħloq moviment li bih timmobilizza iżjed partitarji Laburisti biex jiħraxu u joħorġu jivvotaw bi ħġarhom lil-Labour. Hekk qed jagħmlu nies, bħal Robert Aquilina, li jmexxu Repubblika.

Minflok ma jaraw li l-pulizija qed tagħmel xogħolha, qegħdin jisfidaw lil-Laburisti biex iktar jiddefendu lil Joseph Muscat. Minflok ma jgħalqu ħalqhom u jħallu lil dawk il-Laburisti moderati jirriflettu fuq il-fatt li l-pulizija għamlet żewġ raids fi propjetajiet fejn Muscat iżomm d-dokumenti tiegħu u b’hekk ikomplu jidħlu dubbji fit-tmexxija ta’ Joseph Muscat, qed jattakkawh biex ħafna partitarji li forsi kienu bierdu xi ftit jerġgħu jinjettawhom bl-entużjażmu.

Minflok qed jizzikaw lil-laburisti billi jgħidulhom li Muscat xi ħaġa ħażina għandu li anke l-pulizija qed tiddubitah, qed ikomplu jimlewhom b’akkaniżmu feroċi li konna naraw qabel l-aħħar żewġ elezzjonijiet. Bħal donnu l-qrati jmexxuhom in-nies ta’ Republika. Li tgħid li ser tkun quddiem il-ħabs biex tara lil Muscat dieħel aktar ser tħarrax lil-Laburisti biex joħorġu jivvutaw.

Kieku veru Robert Aquilina u sħabu huma ċerti li se ssir ġustizzja, kieku kienu jħallu l-kors tal-investigazzjoni tieħu l-ħin tagħha. Imma minflok qed iħarrxu l-Laburisti biex iżjed jiddefendu lil Muscat.

Sadattant, esponenta oħra ta’ Republika qed tattakka Iill-ex-Kap tal-PN Adrian Delia u dan ser iġib aktar firda fil-Partit Nazzjonalista. Minflok ma jingħaqdu f’kor wieħed kontra l-korruzzjoni tal-gvern, jipprovaw jiddevjaw u jattakkaw lill-Oppożizzjoni. B’hekk qed ikunu l-akbar alleati tal-Labour għax minħabba fihom dawk il-Laburisti li kienu bdew jibirdu issa reġgħu ikkargaw.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *