Video dwar il-protesta kontra l-vaċċin tal-Ħadd li għadda: għaliex il-media ma rrappurtathiex?
Qed inġib video tal-protesta li saret fi pjazza San Ġorġ il-Ħadd li għadda. Fiha dawn in-nies pprotestaw kontra d-diskriminazzjoni li qed issir kontra dawk li ma ħadux il-vaċċin jew ma jridux jibqgħu jieħduh. Dawn mhux qed jipprotestaw kontra l-vaċċin per se imma kontra d-diskriminazzjoni u fuq id-dritt bażiku tal-għażla. Jiġifieri min irid jieħdu għandu jitħalla jieħdu imma min ma jridux, għandu jingħata dan id-dritt li ma jieħdux.
Il-vaċċin ma teħdux biex tipproteġi lill-ħaddieħor imma biex tipproteġi lilek innifsek. Mela dawk li ħadu l-vaċċin suppost protetti. Għaliex l-Awtoritajiet tas-Saħħa jridu jimponu l-vaċċin fuq kulħadd?
Imma dak li hu nkwetanti li din il-protesta l-anqas ingħata coverage mistħoqq mill-media. Mela protesta quddiem id-depot li saret is-Sibt li għadda minn gruppi ta’ għaqdiet biex jgħidu li Malta hija patriarkali u kontra n-nisa tispiċċa fuq l-ewwel paġni tal-ġurnali kollha tal-Ħadd, u protesta spontanja bħal din l-anqas b’nemes ma qed tkun covered sew mill-mainstream media.
Nifhem li wieħed jista’ jaqbel jew ma jaqbilx magħhom. Imma naħseb li kollha għandha naqblu li din kienet aħbar li kien ħaqqha tkun covered sew mill-media. Immaġinaw li kieku ta’ Repubblika kellhom dawk in-nies kollha, kieku l-media ilha ġimgħa tgħidilna xi protesta kbira saret f’Malta l-Ħadd li għadda!