Persuni qed jiġu akkużati b’money laundering għaliex ikollhom arrettrati redikoli mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni
Ftit tal-jiem ilu, il-Malta Independent tatna l-aħbar li Marvin Gaerty mhux se jibqa’ Kummissarju tat-Taxxa. Ġie rrapurtat fil-gazzetti li l-Ministru tal-Finanzi aċċetta t-talba ta’ Gaerty biex ma jibqax jokkupa dik il-pożizzjoni mill-bidu ta’ Frar. Il-Ministru diġa’ semma jew appunta lil min se jilħaq minn floku.
Imma l-istorja hija ħafna aktar profonda minn hekk. Mhux ser nidħol fil-mertu tal-każ biss nixtieq ngħid li normalment meta jitneħħa xi ħadd jew ma jibqax fil-pożizzjoni jkun hemm xi raġuni għala dan is-seħħ. F’dan il-każ, il-funżjonarju tal-gvern ma jridx jibqa min rajh. Dak nista’ ngħid bħala osservatur li nara l-affarijiet minn barra li qed jinħoloq l-ambjent li ma hu xejn seren li wieħed jaħdem fih.
Infakkar li Gaerty kien spiċċa vittma ta’ akkużi infondati kontra tiegħu, marbuta mal-każ ta’ Yorgen Fenech. Dawn l-akkużi wasslu biex hu ġie arrestat. L-arrest kollu kien marbut mal-fatt li l-pulizija riedet tkun taf x’fih il-mobile tiegħu. Kif ħadet din l-informazzjoni, Gaerty ġie rilaxxat u qatt ma saru charges kontra tiegħu. Imbagħad x’ġara? B’għaġeb tal-għaġubijiet, l-informazzjoni li kien hemm fil-kuntatti tal-mobile ta’ Gaerty spiċċaw għand il-media! Illum sar proċess normali li pulizija tgħaddi informazzjoni li tiġbor lill-media. Erġajna rajnieh fil-każ ta’Joseph Muscat fejn il-ġurnalisti u l-President tal-għaqda Repubblika ġa kienu fuq il-post waqt li l-pulizija kienet qed tfittex fid-dar ta’ Muscat.
Dan is-sit ma għandu l-ebda dubju dwar l-integrita’ tas-Sur Gaerty tant li tkellimna dwarha meta kien taħt attakk mill-media. Imbagħad wieħed mill-politiċi li attakkah, qed ngħid għal Jason Azzopardi, mar jikkwotah biex jgħid li hu, jiġifieri Jason Azzopardi, ma kellux problemi mad-dipartiment tat-taxxa! L-istess għamel Bernard Grech. Niftakru l-każ tiegħu. F’temp ta’ ftit siegħat iltaqa’ ma’ Gaerty biex tissolva s-sitwazzjoni tat-taxxa tiegħu u jkun mħallas dak li kellu jitħallas. F’dik il-laqgħa nstabet soluzzjoni u l-każ ta’ taxxa waqaf hemm. Qed ngħid dan biex nuri li kontra kull akkuża li l-Partit Nazzjonalista għamel kontra tiegħu, Gaerty dejjem mexa b’fair ma kulħadd.
L-onus li jaqa’ fuq il-Kummissarju tat-Taxxa huwa li kull informazzjoni fuq xi individwu, hu min hu, li jista’ jxellef subgħajh mat-taxxa trid tibqa’ konfidenzjali. Il-kummissarju jrid iżomm sod li ma jgħaddix ebda tip ta’ informazzjoni lil kull min jitlobha, tista’ tkun ġejja mill-għola awtorita’ tal-Gvern jew xi ħadd ieħor.
Biss illum qed nispiċċaw f’sitwazzjoni fejn għandna persuni li qed jittellgħu l-qorti minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa ta’ ftit mijiet jew eluf ta’ euros. Xi ħadd qalli li persuna, a businessman, tellgħuh l-qorti għaliex ma ħallasx 3000 taxxa! Dan spiċċa ġie akkużat u mixli b’money laundering. Infakkar li Yorgen Fenech ġie mixli b’money laundering fuq somma ta’ inqas minn 5000 euro!
Mela filli kellna dipartiment, li taħt kull amministrazzjoni kien jintalab mill-Gvern biex jimxi bil-mod, b’mod partikolari ma’ businessmen li għandhom jagħtuh il-flus biex ma jkissirhomx. Forsi kien ftit kajman iżżejjed. Biss issa morna l-estrem l-ieħor. Nifhem li dipartiment jieħu azzjoni fuq mingħandu jagħti eluf kbar imma jidher li aktar milli qed niġru wara dawk li għandhom jagħtu l-elf kbar qed intellgħu l-qorti persuni li għandhom jagħtu ammonti żgħar u nixluhom b’money laundering!
Dan żgur li mhux qed joħloq ambjent ta’ serenita’ f’dan id-dipartiment inkwistjoni.
Malta saret KGB mil PN.