Duminikan Malti maħtur vigarju ġenerali fl-Albanija
Il-Provinċja Dumnikana f’Malta ħabret li l-lum, membru tal-Ordni tagħha, ġie maħtur vigarju ġeneral fl-Albanija. Ftit tal-jiem ilu tħabbar li l-arċisqof Malti tad-arċidjoċesi ta’ Tirana-Durrës, George Frendo rtira. Minfloku leħaq Albaniż bħala arċisqof ta’ din id-djoċesi, bl-isem ta’ Mons Arjan Dodaj. Issa l-arċisqof Dodaj ħatar lill-Malti, Patri Bernard Caruana O.P. bħala l-vigarju tiegħu. Minn dan is-sit nawgurawlu.
