Karl Stagno Navarra, Christian Peregin u l-Air Malta

Sirna nafu li l-Gvern ser ikun qed joffri xogħol mal-Gvern li dawk il-ħaddiema tal-Air Malta li ser jispiċċaw redundent.  

Fost ħafna nies, l-aktar isem li jiġi f’moħħhom hu Karl Stagno Navarra. Dan kien impjegat ma’ din il-kumpanija ftit tas-snin ilu u sikwiet jissemma fl-arena politika. B’hekk ser ikun hemm mistoqsijiet ta’ x’ser jiġri mill-impjieġ tiegħu. Dan jikkwalifika għal din l-offerta’ tal-gvern? Din il-mistoqsija weġibha Karl Stagno Navarra stess. Fi stqarrija li ħareġ infurmana li hu kien wieħed mill-ħaddiema li ġie offrut xogħol mal-gvern. Il-kritika ma għandix tkun fuq kemm jaqla’ imma fuq il-mod kif kienu jiġu assenjati ċertu xogħol jew jiddaħħlu ċertu ħaddiema mal-Air Malta.

Għaliex Karl Stagno Navarra mhux l-uniku persuna marbuta mal-arena politika li gawda mal-Air Malta fil-qasam tal-communications and marketing taħt dan il-Gvern. Wieħed minn dawk li kkritika dan l-istrutturar ta’ l-Air Malta kien Christian Peregin. Dan ukoll gawda minn dan is-settur ma’ l-Air Malta. Meta bdejt nikteb dan  il-blog, kont tellajt storja dwaru u l-Air Malta. Hu ma ċaħadx kompletament l-istorja anki jekk qal li ma kienetx eżatta. Infatti kont anki ġibt ir-risposta li kien bagħatli. Biss hu kien jaħdem ma’ kumpanija li taħt il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat, gawdiet minn kuntratti tal-Air Malta marbuta mal-marketing fl-istess żmien meta, issa sirna nafu, li din l-kumpanija tal-Air Malta ma kienetx sejra tajba għaliex skont ma ntqal hija għal dawn l-aħħar għaxar snin, din il-kumpanija ilha sejra ħażin.   

Imbagħad kien hemm xi ħadd, ċittadin komuni li kiteb li hu kien għamel xi xogħol lil Air Malta fil-qasam tal-programming u dan l-individwu sal-lum għadu ma tħallasx. Verament dan għamlu ħafna snin ilu biss naħseb li kien hemm xi ħaġa li mhux qed taħdem sew fl-Air Malta u l-falliment tagħha u dovut biss għall-indħil politiku.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *