Minflok jirringrazzja lil Adrian Delia talli għamel il-kawża kontra l-Vitals, Jon Mallia spiċċa jitnejjek bih.
Blog post minn osservatur politiku
Jon Mallia għamel vlog li xandru fuq Lovin Malta. Fih jitkellem ħafna fuq il-Vitals u jagħmel riklami għal kontra l-moffa u għall-pastizzi. Imma f’dan id-diskors kollu ma sabx minuta li hija minuta biex isemmi lil Adrian Delia, il-politiku li fetaħ kawża kontra l-Vitals fil-qorti. Mhux talli ma rringrazzjah talli spiċċa jitnejjek bih. Infakkar li Adrian Delia beda ġlieda fil-qorti kontra dan il-kuntratt oxxen li dwaru issa nafu li l-maġistrata Vella ordnat li ssir tfittxija fid-dar tal-ex-Prim Ministru Joseph Muscat. Inkompli nfakkar ukoll li l-ex-Kap Nazzjonalista Adrian Delia daħħal lill-Vitals u Steward il-qorti b’sogru personali li jfaqqawlu SLAPP u joħdulu kull ma għandu. Dan hu r-ringrazzja ta’ Jon Mallia għal dawk il-politiċi li jieħdu azzjoni kontra l-korruzzjoni. Fuq kollox, dan il-paladin tar-Repubblika spiċċa jitnejjek bil-Viċi Kap Robert Arrigo. Id-daħqa hija li issa qed jagħti l-impressjoni li huma ta’ Repubblika u l-familja Caruana Galizia li ser isalvawna mill-Vitals.
Wieħed irid jiftakar li dan l-aħħar, Jon Mallia sar biċċa waħda mir-Repubblika, għax issa hekk irid li jibda jissejjaħ peress li mar il-Belt jiftahar li l-uniċi mumenti ta’ sustanza li għix f’ħajtu kienu l-ftit ħin li qatta’ ma’ Matthew Caruana Galizia. B’hekk dan il- vlog qed jikxef l-istrateġija maħmuġa ta’ Repubblika li qed iħejju ruħhom biex malli Adrain Delia jirbaħ il-kawża li fetaħ jew malli Robert Abela jtemm il-ftehim ma’ Steward, ta’ Repubblika jipprovaw jieħdu l-mertu ta’ kollox huma meta kull ma għamlu kien li għaddew in-nies biż-żmien .