Where your opinion counts

Joseph Muscat għadda messaġġ sottili lil Robert Abela

Blog post minn Osservatur politiku

Il-messaġġ sottili li għadda Joseph Muscat, fil-vlog tiegħu, lil Robert Abela, fih ħafna x’tomgħod u jawgura tajjeb għall-kampanja elettorali imqanqla fil-kamp Laburista. Joseph Muscat minflok ma kkopera biss mal-pulizija waqt tfittxija fid-dar tiegħu, mar fuq l-offensiva u qal bla riżervi li dawn it-tejatrini kienu żejda u ġew minn xi ħadd biex iwassal messaġġ’. Tgħid għal Robert Abela kien qed jgħid Muscat? Tgħid urtat bl-appoġġ li ta’ Robert Abela lil Metsola? Abela mhux talli mar jawguralha fi Strasburgu imma ippoża għal ritratti magħha biex juri li waqt li lill-Muscat irrifjutat toħodlu b’idu, lilu tagħtu tnejn mhux waħda biss.

Muscat fajjar ukoll theddida oħra li tista’ tinftiehem botta ferm iżjed għall-Prim Ministru, milli botta għal Bernard Grech jew għall-Partit Nazzjonalista. Qallu li min-nhar is-Sibt mhux se jibqa’ fommu sieket imma se jibda jitkellem iżjed fuq is-social media u man-nies. M’hemmx dubju li Muscat għamel din it-theddida lill-Partit Laburista u lil Robert Abela.

Prova ta’ dan hu l-kumment repetut minn Joseph Muscat li hu dejjem ħadem għal ġid tal-pajjiż. M’hemmx dubju li jekk ħsibna li l-Partit Nazzjonalista se joffri daqsxejn teatrin fil-kampanja elettorali, il-Labour se jiżboq dan kollu bil-battibekki bejn il-fazzjoni ta’ Muscat u dik ta’ Robert Abela. Issa se jkun ferm diffiċli għall-Prim Ministru biex ikompli jgħid lill-Laburisti li hu l-kontinwita ta’ Muscat, waqt li jipprova jikkonvinċi lill-floaters li hu differenti minn Muscat. Ser ikun diffiċli għalih biex jgħid li l-Lejber hu partit magħqud.

Fuq kollox Muscat qiegħed jgħid lil Robert Abela biex jieqaf jilgħaq lil tar-Repubblika u lil Jason Azzopardi. Il-maskra se jkollha taqa’.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *