Issa nafu li anki Bernard Grech għandu dnubiet marbuta mal-VAT

Blog post minn osservatur politiku

Id-dnub ma jmut qatt. Id-dnub li jibqa’ jiġri warajk sa mewtek. Id-dnub tibqa’ mċappas bih tul ħajtek kollha. Id-dnub jibqa’ jissemma ma kull okkażżjoni. Id-dnub ikompli jtaqqal kull mossa li tipprova tagħmel. Id-dnub li politiku jagħmel qatt ma jista’ jaħrab minnu.

Minħabba id-dnub tiegħu, Dr Bernard Grech prova jiddefendi kemm seta’ lil David Thake. Sa meta ħareġ it-tieni skandlu ta’ Thake, Bernard Grech kien għadu qed jiddefendih kull darba li jiftaħ ħalqu. Biss meta ħareġ it-tieni skandlu, Bernard Grech waqa’ fil-muta u ma lissinx kelma oħra ħlief biex jgħid paprata, meta qal li l-istandards ta’ David Thake huma għola minn dawk ta’ Robert Abela.

Issa ħareġ f’dan is-sit li anki l-istandards ta’ Bernard Grech huma baxxi għaliex anki huwa għandu jagħti flus lill-VAT Department. B’hekk meta attakka lil Thake, Bernard Grech kien anke qed jikkundanna lilu nnifsu.

X’għamel differenti Bernard Grech minn David Thake? Xejn, għax it-tnejn li huma għandhom jagħtu flejjes lill-VAT. Ma jinteressani xejn kemm għandhom jagħtu. Li għandhom jagħtu flus li mhumiex tagħhom u li nġabru biex jingħataw lill-iStat għalija huwa dnub kbir minnu nnifsu u mhux skond l-ammont.

Issa jekk nafu li meta ħareġ it-tieni skandlu ta’ Thake, Dr Grech bagħat għalih u qallu biex jirreżenja, x’suppost jagħmel hu Dr Bernard Grech meta anki hu għandu jagħti lill-VAT? Dan imċappas bl-istess dnub li minħabba fih deputat tal-Partit Nazzjonalista kellu jirreżenja.

Dan qiegħed fuq il-lista ta’ nies li għandhom id-dejn mal-VAT. Dan huwa bniedem li għandu jagħti lil dipartiment li jiġbor flus il-poplu. Jekk il-pożizzjoni ta’ David Thake ma kienetx tenibbli, daqshekk ieħor ma hiex tenibbli l-pożizzjoni ta’ Bernard Grech.

Mela bħalma ġie mitlub li David Thake jirreżenja hekk ukoll qed jintalab lil Bernard Grech biex jagħmel l-istess. Dan is-sit kixef li Bernard Grech għandu jagħti €29,322, 27 lid-dipartiment tal-VAT u għadu ma ħallashomx allura ma hemmx triq oħra għal Bernard Grech ħlief li jwarrab mix-xena politika għal kollox, bħal ma ġie imġiegħel jagħmel David Thake.

Jekk Bernard Grech irid jippriedka jew jippontifika fuq standards għoljin fil-Partit Nazzjonalista għandu jibda minnu nnifsu u jistqarr b’mod miftuħ li hu naqas ukoll u għadu mċappas u allura mhux dehen li jirrapreżenta politikament lill-poplu Malti u Għawdxi.

One thought on “Issa nafu li anki Bernard Grech għandu dnubiet marbuta mal-VAT

Leave a Reply

Your email address will not be published.