Veru li Jason Azzopardi qal li ġejja ta’ Joseph Muscat b’referenza għall-mandat li ordnat il-maġistrata Vella fil-konfront tiegħu?

Qed inġib il-VLOG li għamel Joseph Muscat fejn fih jagħmel akkuża serja ħafna fuq Jason Azzopardi u l-maġistrata Vella. Joseph Muscat jgħid li Jason Azzopardi ġa kien jaf dwar il-fatt li l-pulizija kienu sejrin għandu. Din serja ħafna biss fuq dan il-punt nemmnu lil Muscat. Dan hu dak li qal Joseph Muscat:

Muscat jgħid li Jason Azzopardi ġa kien jaf x’ser tagħmel il-maġistrata Vella għaliex kiteb fuq Facebook u wara anki qal lil xi nies issa taraw x’ġej għal Joseph Muscat il-ġimgħa d-dieħla. Nistenna li Jason Azzopardi jiċħad jew jikkonferma din l-akkuża serja li għamel Joseph Muscat fil-konfront tiegħu.

Jekk din hija minnha, allura l-maġistrata Vella trid tagħti spjegazzjoni.

Joseph Muscat jgħid li l-aktar ħaġa li weġġagħtu huwa li ħadu l-mobile tat-tfal. Infakkru li l-istess għamlu l-pulizija lil Yorgen Fenech. Ħadu l-computers tat-tfal li ma kien fihom xejn!

Iżda jiddispjaċini ngħidlu lil Joseph Muscat, li dan l-istat ta’ terrur ġie ikkreat meta int kont Prim Ministru għaliex ħallejt li fil-ġustizzja jsir rebus.

Dak li nista’ ngħid li b’kumbinazzjoni, għaliex jien nikkritika lil Azzopardi,l-imħallfin fil-qorti tal-appell taw sentenza li ġġib għajnejk wara widnejk fil-konfront tiegħi fejn applikaw liġi li l-anqas kienet għada għaddiet mill-parlament. Emmnu l-gideb tal-Awtorita’ tad-Djar meta jafu li dak li qal l-avukat ta’ din l-Awtorita’ qatt ma seta’ jkun minnu għaliex kien imur kontra l-liġi. Imma dwar dan nikteb fi blog separat.

Dak li nista’ nżid, li meta l-maġistrata Montebello ordnat li jien nitqiegħed taħt disprezz, il-ġurnalisti u Manuel Delia saru jafu bid-dati u l-ħin tal-kawża u quddiem min ser nidher qabel ma sirt naf jien.

L-aqwa li Jason Azzopardi tal-Opus Dei. Mela vuċi waħda lkoll ngħajtu Viva l-Opus Dei la x-xitan irid hekk!

Jidher ċar li Jason Azzopardi għandu ħafna x’iwieġeb.

2 thoughts on “Veru li Jason Azzopardi qal li ġejja ta’ Joseph Muscat b’referenza għall-mandat li ordnat il-maġistrata Vella fil-konfront tiegħu?

  1. Mela mobile phone tat tfal huwa importanti imma laptop involut jew seta kien krucjali fi qtil la l anqas bis intallab biex ikun investigat. Kif trid ikollok fiducja fil qrati!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *