Il-każ David Thake: Bernard Grech ma ħariġtx b’saħħtu mal-elettorat Malti

Blog post minn osservatur politiku

Ir-reżenja ta’ David Thake ma tat l-ebda punti politiċi lill-Partit Nazzjonalista. B’pjuttost aktar wriet id-djufija tal-kap tal-Partit Nazzjonalista. Lejlet li l-Malta Today xandret it-tieni skandlu tat-tieni kumpanija ta’ Thake, Bernard Grech ħareġ jgħid li hu għandu fiduċja f’Thake u li l-istess Thake għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara. Imma mid-dehra ma tantx kienet ċara għax minn dak ippubblikat, Bernard Grech ma kienx għadu jaf li Thake kellu kumpanija oħra li kellha waħedha tagħti nofs miljun euro lid-dipartiment tal-VAT. Jew kien jaf u ħaseb li din l-istorja mhux ser issir pubblika.

Il-mistoqsijiet jiġu waħedhom meta taqra dawn l-affarijiet. Possibbli Thake ma qallux lil Bernard Grech li barra l-inkwiet li kellu fuq l-ewwel kumpanija, huwa kellu oħra fejn għandu inkwiet akbar? La Dr Grech ħareġ jiddefendih, bil-fors li kien għadu ma jaf b’xejn bit-tieni kumpanija li kienet f’pożizzjoni agħar mill-ewwel waħda jew li kien hemm xi assigurazzjoni x’imkien li din l-istorja ma kienetx ser issir pubblika.

Irrid nirrimarka li t-tieni kumpanija ta’ Thake kellha nkwiet mad-Dipartiment tat-Taxxa li jmur għall-għaxar snin lura. B’hekk Bernard Grech deher li biddel il-pożizzjoni tiegħu fuq David Thake. Dan wassal biex Bernard Grech kompla jitlef il-kredibilita’ tiegħu mal-elettorat.

Mela li kieku kien raġel David Thake, l-ewwelnett messu informa bid-dettalji kollha lil Dr Grech u mhux ġagħlu joħroġ jiddefendih u allura jirredikulah. Jekk infurmah, Bernard Grech ħareġ li hu kompliċi miegħu.

Sitwazzjoni bħal dik, anke mill-ewwel kumpanija, missu kien hemm xi tip pożizzjoni. Normalment partit jiddefendi lill-membri tiegħu li jinqabdu fuq sieq waħda. F’dan il-każ, il-partit Nazzjonalista spiċċa vittma tal-propaganda tiegħu stess. Infakkar li Dr. Grech tkellem fuq tkeċċija u reżenji ta’ deputati Laburisti li biex mod kienu konnessi mat-taxxa. Bl-istess riga, l-elettorat kien qed jistenna lil Dr Grech biex ikeċċi lil David Thake.

Kieku Dr. Grech ried juri li hu għandu t-tmexxija soda f’idejh, b’dak li għamel Thake kien ħaqqu tkeċċija mill-ewwel u mhux tutibazzjoni li ħarġet lill-istess Grech bħala Kap li ma jistax jiddeċiedi għax għandu idejh marbutin. Infakkar li Bernard Grech jakkuża lil Robert Abela li għandu idejh marbutin.

Allaħares toħroġ il-verita’ kollha u nkunu nafu li Bernard Grech kien jaf b’kollox u baqa’ jiddefendi lil Thake u żammu fix-shadow cabinet tiegħu, allura ifisser li Grech għandu nuqqas kbira ta’ kapaċita’ fil-ġudizzju tiegħu.

Imma jekk ix-xenarju l-ieħor li Grech ma kienx jaf għax Thake ma qallux u Grech qagħad sempliċiment jistenna lil Thake jirreżenja mix-shadow cabinet tiegħu, allura l-Partit Nazzjonalist għandu wkoll għaliex ikun inkwitat bil-Kap għaliex din turi debbolezza u dgħufija. Jekk Thake ma infurmax b’kollox mill-ewwel lil Dr Grech, allura mal-aħbar Dr Grech kellu ikeċċih mill-ewwel u mhux joqgħod jistennih jirreżenja.

Tħares kif tħares lejn din l-istorja, ma tistax ma tikkonkludix li Dr Grech għandu għal xix ikun imbarazzat b’din l-istorja kollha għaliex 3ħareġ bħala kap nieqes mill-kwalitajiet neċessarji biex jaspira tmexxija soda u dan qed ikun rifless fis-surveys li qed isiru.

Dak li hemm pożittiv għall-Partit Nazzjonalista li f’daqqa waħda tidher li ħarġet mexxejja li tista’ jidher bħala s-salvatur tal-Partit, jiġifieri Roberta Metsola.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *