Tista’ l-pulizija tikkonferma jew tiċħad jekk Abner Aquilina qatt ipprostitwixxa ruħu ma’ rġiel marbuta tal-politika?

Dan is-sit kien wieħed minn tal-ewwel li tkellem dwar il-fatt li Abner Aquilina kien wieħed li jieħu d-droga. Issa ġie kkonfermat fil-media li kien jieħu d-droga sintetika. Dan is-sit kien staqsa lill-pulizija biex tikkonferma jekk hux vera li biex iħallas għad-droga, Abner Aquilina kien jipprostitwixxi ruħu. Issa ħiereġ li din hija l-verita’. Mhux biss kien jipprostitwixxi ruħu imma kien jipprostittwixxi ruħu ma’ irġiel. Dan is-sit jixtieq jistaqsi mistoqsija oħra lill-pulizija. Vera li dan ġieli pprostittwixxa ruħu ma’ irgiel li b’xi mod huma marbuta mal-politika?

Dan hu dettall importanti fid-dawl tal-akkużi li l-pulizija ressqet kontra Fr. David Muscat. Verament Fr. Muscat kien qed jirreferi għal dawn il-fatti f’dik il-famuża konverżazzjoni li l-media tal-liberali ħasset li hija offiża? B’hekk, il-media tal-liberali lil min kienet qed tiddefendi f’dan il-każ? Lill-gays jew “gayyaġni” jew lill-politiċi rġiel gay li f’daqqa waħda ġew fil-limelight minħabba dan id-delitt? Imma ngħid sew li l-verita’ tinsab fil-fatt li Fr. David Muscat seta’ jikxef, bil-mod goff tiegħu, din il-konnessjoni li hemm raġel jitqaħħab ma’ politiċi rġiel?

Veru li qed jingħad li għal sess bla protezzjoni Abner Aquilina kien jieħu 200 euro u mitt euro sess bi protezzjoni mal-irġiel? U veru li kien jieħu dawn il-flus biex iħallas id-droga? X’ma jkollux rabja fih dan ir-raġel! X’ser jgħidu l-għaqdiet tal-gays u l-Femministi dwar dan il-punt?

Nispera li l-pulizija u l-avukat ġenerali ma jagħmulx l-iżball li sar fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia fejn l-investigazzjoni terġa’ tkun waħda parzjali. Din id-darba, wieħed jistenna li l-kummissarju tal-pulizija jinżel fil-qiegħ tal-indaġni u mhux jippreżenta nofs indaġni kif għamel fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia, l-aqwa li jgħattu xtur ta’ xi ħadd jew xi uħud.

Dak li jrid jieqaf f’dan il-każ hu l-attakk fuq il-familja ta’ Abner Aquilina. Omm Abner marret il-qorti liebsa l-iswed b’luttu lejn il-vittma. Ara fuq dan il-punt, il-media ma ħassitx li kellha tikkummenta. Nifhem l-omm tibqa’ omm u tkun ma’ binha fit-tajjeb u l-ħażin bħal ma’ Marija baqgħet omm u kienet ma’ binha Ġesu’ taħt is-salib meta kulħadd ħarab. Nifhem li din il-mara hija vittma ta’ din is-sitwazzjoni assurda li ġiet ikkreata imma l-għaqdiet tal-femministi l-anqas kelma waħda fuq il-kalvarju ta’ din il-mara ma qalu. Qiesha din mhix mara! B’dan ma jien qed innaqqas xejn mill-gravita’ tal-akkużi. Dak li qed ngħid huwa li l-media għandha tippreżenta l-istampa kollha.

Biss jekk kien hemm politiċi jew nies qrib tagħhom li abbużaw minn dan il-ġuvni, l-ismijiet tagħhom għandhom jinħarġu u mhux ikollna l-awtoritajiet f’pajjiżna li jagħmlu minn kollox biex idawru l-attenzjoni fuq affarijiet oħra.

Leave a Reply

Your email address will not be published.