L-eks-kandidata Laburista Rachel Tua tgħid li t-trasparenza fl-ilma qiegħed qedha taħt il-gvern ta’ Robert Abela

L-avukata Rachel Tua hija waħda mill-persuni li ġieli tagħmel xi kumment fuq il-blog tiegħi, prinċiparjament fejn jittrattaw kwistjonijiet marbuta tal-ħabs. Anki jekk mhux dejjem naqbel, ta’ dan nirrigrazzjaha.

Imma l-argument ta’ dan il-blog huwa ieħor. Dr. Rachel Tua kienet waħda mill-kandidati li tefgħet in-nomina tagħha biex timla l-post vakat minn Dr. Chris Cardona. Għal dan il-post ġew mitfugħa żewġ nominazzjoni. Tefgħet in-nomina Rachel Tua u anki Ian Castaldi Paris. F’din il-bye-election, kien tela’ Ian Castaldi Paris.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-Partit Laburista, biex ikun eżatt, Robert Abela, kien għamel pressjoni qawwija fuq Dr. Rachel Tua biex ma titfax in-nomina tagħha għal din il-bye-election. Imma hija xorta tefgħetha. Napprezza li jkun hemm konferma ta’ din l-istorja.

Żgur li ma sarx ġudizzjoni tajjeb għax fuq min tela’ f’din il-bye-election. Min tela’ nqabad fi skandlu ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa. Biss xorta ma rreżenjax. Biss qal li mhux ħiereġ fl-elezzjoni li ġejja. Hawn wieħed jistaqsi għaliex Robert Abela ma għamilx pressjoni fuq Ian Castaldi Paris biex jirreżenja mill-Parlament? Għaliex kieku rreżenja, kif kellu obbligu morali li jagħmel – kienet titla’ awtomatikament Dr. Rachel Tua?

Min-naħa tiegħu, Robert Abela urieha biċ-ċar li ma jridhiex. Qed ngħid dan għaliex illum Dr. Rachel Tua ma għadhiex kandidata tal-Partit Laburista u qed tkun waħda mill-kritiċi ta’ dan il-partit, b’mod partikolari ta’ Robert Abela. Il-kritika tagħha qed tagħmilha b’mod pubbliku fuq Facebook.

Hawn qed inġib żewġ post li tellgħet Dr. Rachel Tua fuq il-Facebook page tagħha. Fl-ewwel wieħed tikkritika d-direct orders tal-Gvern Laburista u tgħid li dawn huma kontra l-kostituzzjoni u mhux mortalment sewwa. Fi kliemha, dan il-gvern mhux qed jagħti l-istess trattament lil kulħadd u mhux qed joffri l-istess opportunitajiet indaqs lill-kulħadd.

Fit-tieni post li qed inġib taqbel lil dan il-gvern ma’ l-ilma qiegħed. Xi ħadd għadda kumment fejn dwar il-meritokrazija u governanza tajba fil-Gvern ta’ Robert Abela. Dr. Tua xebbħet it-trasparenza tal-Gvern Laburista mal-ilma qiegħed. Fi kliem sempliċi qed tgħid li ma teżistix.

Leave a Reply

Your email address will not be published.