Bernard Grech għandu jagħti lill-VAT Department 29, 322, 27 euro u l-mainstream media b’ħalqha magħluq

Il-Ħadd ippubblikajt l-istorja li Bernard Grech għandu jagħti ftit inqas minn 30,000 euro lill-VAT Department. Eżattament Bernard Grech għandu jagħti lill-VAT Department 29, 322,27 euros. Biss fejn jidħlu l-arrettrati ta’ Bernard Grech, imbierek Alla, ħadd ma jgħid xejn.

Ftit wara li ppubblikajt l-istorja, intbagħatli messaġġ minn uffiċjal għoli tal-Partit Nazzjonalista fejn qalli li din l-istorja hija libelluża. Jien għidltu li Bernard Grech għandu jagħti lill-VAT Department l-ammont ta’ 29,322, 27. Dan l-uffiċjal insista li dawn ħallashom. Jien tlabtu biex jagħtini prova li Bernard Grech ħallashom billi jippubblika l-irċevuti li ħallas l-ammont inkwistjoni. Qalli li ser ikun qed ikellem lil Dr. Bernard Grech. Jien stennejt sal-bieraħ l-irċevuta u kont nitlob apoloġija. Imma din il-prova baqgħet ma ġietx. Dan ifisser li Bernard Grech evada l-VAT u l-ebda azzjoni ma ttieħdet kontra tiegħu mill-Gvern ta’ Robert Abela.

Fejn huma issa tar-Repubblika? Ser imorru jikkampjaw quddiem id-Dar Ċentrali minħabba li Bernard Grech għad għandu jagħti lill-VAT Department aktar minn 29 elf euros? Il-professur, ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar ser jippubblika xi artiklu u jgħid dan skandlu u Bernard Grech mhux postu fil-Partit Nazzjonalista?

Min-naħa tiegħu, dan l-uffiċjal bagħatli ċ-ċertifikat li kien ħareġ id-Dipartiment tat-Taxxa li skont Peregin dan juri li ħallas il-VAT. Kif wegħdtu qiegħed nippubblikah bħala right of reply mill-Partit Nazzjonalista.

Dan kien iċ-ċertifikat li ppubblika matul il-kampanja tiegħu ta’ kap. Bil-pubblikazzjoni ta’ dan iċ-ċertifikat, dan l-uffiċjal riedni niġġustifika li Bernard Grech għandu kollox sew meta fil-verita’, Bernard Grech għad għandu jidher taħt ismu 29, 322, 27 euro bħala flus dovuti lill-VAT Department. Tant hu hekk li għadu ma ġabx l-irċevuta li ħallas dan l-ammont.

Hu ċar li l-media qed tuża l-informazzjoni marbuta mal-VAT biex tattakka lin-nies kif jaqblilha. Fil-verita’, Bernard Grech, sal-lum għad għandu flus pendenti x’jagħti lid-Dipartiment tal-VAT u mbierka s-sapjenza t’Alla ħadd ma jieħu azzjoni u jgħid xejn. U talli tikxef dawn l-iskandli, tkun mgħajjar mill-Partit Nazzjonlista li għandek intenzjonijiet ħżiena u jhedduk b’libell!

One thought on “Bernard Grech għandu jagħti lill-VAT Department 29, 322, 27 euro u l-mainstream media b’ħalqha magħluq

Leave a Reply

Your email address will not be published.