L-elezzjoni għall-aħħar ta’ Marzu jew bidu ta’ Ġunju

Dan is-sit jinsab infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet fil-Partit Laburista dwar meta l-aħjar tkun mgħajta l-elezzjonijiet ġenerali. Qed jissemmgħu żewġ dati. L-ewwel waħda hija dik lejn l-aħħar ta’ Marzu biex l-elezzjoni tikkonċidi mal-festi tal-31 ta’ Marzu li bħal ma kulħadd jaf huma marbuta mal-Partit Laburista u Jum il-Ħelsien. Din id-data kienet issemmiet fl-artiklu ta’ Dr. Hermann Farrugia ta’ meta tista’ issir l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

It-tieni data hija għal bidu ta’ Ġunju biex l-elezzjoni taħbat mas-7 ta’ Ġunju. B’hekk taħbat mal-festi tas-Sette Giugno kif ukoll mal-ħames snin fit-tmexxija tal-Gvern Laburista. Jekk Robert Abela jmur għal din id-data, jkun jista’ jgħid li hu rnexxielu jwassal Lill-Partit Laburista biex jagħmel il-mandat kollu tiegħu ta’ ħames snin. Wieħed irid jiftakar li missier Robert Abela għandu influwenza kbira fuq it-tifel.

Ġorġ Abela kien kontra li l-Partit Laburista jmur għall-elezzjonijiet kmieni. Din kienet il-pożizzjoni mistqarra minn Ġorġ Abela innfsu fil-kampanja elettorali tal-1998 u kienet waħda mir-raġunijiet ta’ nkwiet intern fil-Partit Laburista bejn Ġorġ Abela u t-tmexxija tal-istess partit.

Fuq kollox, kien dan is-sit li xhur ilu kien svela permezz ta’ analiżi analitika tat-Tabib Hermann Farrugia li l-Lejber iħobb jagħżel data tal-elezzjoni li tkun marbuta ma’ xi avveniment Nazzjonali, bħal ma kienet l-elezzjoni tas-1976 li ħabtet mal-festi tal-independenza. L-indipendenza ma kienetx baqgħet festa Nazzjonali u b’hekk l-għażla kienet strateġika b’intendiment biex tiddemoralizza lin-Nazzjonalisti. L-elezzjoni tal-1981 biex tikkonċidi bejn l-festa tal-Kunċizzjoni u dik Nazzjonali tar-Repubblika. Fl-1987 ikkonċediet mal-festi ta’ Mejju waqt li l-Gvern baqa’ sa’ l-aħħar. Imbagħad ġiet l-elezzjoni tal-1998, l-ikkonċediet mal-festi Nazzjonali tal-Vittorja. U dik tal-2017 ġie imħabbra fl-1 ta’ Mejju u r-riżultat kien barra sa mas-Sette Giugno fl-2017. Min irid jaqra’ fuq dan il-punt qed nerġa’ nipproponilu l-artiklu.

Osservazzjonijiet strategiċi marbuta maż-żjara tal-Papa Franġisku u l-elezzjoni ġenerali

  

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *