Fr. David Muscat spiċċa l-qorti għaliex għamilha tas-Sammaritan waqt li l-pastor Manche għamilha tal-fariżew u baqa’ għaddej
Il-vera raġuni għala Fr. David Muscat ser ikun qed jitressaq il-qorti hija dik li għamilha tas-Sammaritan it-tajjeb. Hu ser jispiċċa l-qorti għaliex qabeż għal Abner Aquilina, tifel li ġej minn familja tajba ħafna miż-Żejtun. Fr. Muscat qabeż għalih f’diskussjoni li kellu ma’ persuna li tattendi ir-River of Love. X’inqtal bejn Fr. David Muscat u din il-persuna li tattendi r-River of Love huwa fatt magħruf u mhux ser nidħol f’diskussjoni dwaru.
Biss ma nistax ma ninnotax li Fr. David Muscat għamilha tas-Sammaritan it-tajjeb.
Nibda billi ngħid li Fr. David Muscat lil Abner Aquilina ma jafux. Imma dan l-inkwiet kollu li daħal fih minħabba kumment li għamel dwar l-akkużat ma’ persuna li tattendi ir-River of Love.
Issa Fr. Musat qed jibda jingħata raġun. Biex seħħ dan id-delitt, l-aggressur kellu saħħa barranija. Dan is-sit jinsab infurmat li l-pulizija qed taħdem fuq it-teorija li qabel ma qatilha, l-aggressur ħabbat ras il-vittma ma’ xi ħaġa iebsa. B’hekk il-vittma spiċċat li ntilfet minn sensija. Jidher li r-rape twettaq wara li qatilha. Trid tiġik saħħa barranija biex persuna tagħmel dak li qed ikun akkużat bih Abner Aquilina.
Mela din is-saħħa barranija ġietu minħabba d-droga li kellu jew għax hu mxajtan jew mit-tnejn. Jien ma tantx nemmen bix-xjaten u wisq inqas b’xi tip ta’ possessjoni biss għax persuna, jiġifieri qassis tkellem fuq dan il-punt ma’ persuna oħra li hija membru tar-River of Love, spiċċa bil-qassis jittella’ l-qorti. Fuq kollox, dan il-qassis kien qed jgħid il-verita’ meta qal li hawn gayyaġni għaliex illum nafu li l-akkużat kien jipprotitwixxi ruħu mal-irġiel biex iħallas għad-droga.
Imma hemm punt ieħor li issa beda ħiereġ fil-media. Is-sewwa huwa li Fr. David Muscat ħareġ għonqu għal Abner Aquilina. Imma min użah ramieh. Hawn qed nitkellem għall-Pastor tar-River of Love, Gordon Manche. Manche spiċċa jiċħad li jafu meta saħansitra kien talab fuq ras Abner Aquilina. Dan ħareġ il-bieraħ f’artiklu f’The Sunday Times. Mela Abner Aquilina ma kienx biss persuna li daħlet b’mod każwali dak in-nhar kif allega Manche, imma saħansitra kien hemm rit ta’ talb fuq Abner biex jinħeles mill-ispirti ħżiena. Wara dan ir-rit mill-pastor, dan il-bniedem spiċċa aktar imxajtan milli kien!

Wara li faqqgħet din l-istorja kollha, Manche ma refax ir-responsabilita’ tiegħu. Anżi ramieh lil Aquilina u qal li ma jafux! Issa qed jidher li suppost kien hemm ix-xmara ta’ mħabba imma b’dispjaċir ikolli ngħid li din ix-xmara ta’ mħabba wasslet biex inqatlet mara!
Fuq kollox, din mhux l-ewwel darba li David Muscat mar kontra l-kurrent. Tiftakruh dak il-każ li b’kumbinazzjoni jmur lura wkoll lejn iż-Żejtun. Żagħżugħ Żejtuni fettillu jmur il-karnival tan-Nadur libes ta’ Kristu Irxot. Dak in-nhar kien tkellem kontra dan iż-żagħżugħ l-isqof ta’ Għawdex Mario Grech u l-pulizija kienet ipproċedit kontra dan iż-żagħżugħ. Ftit jiftakru li l-persuna li qabżet għal dan iż-żagħżugħ u tkellmet fil-pubbliku favur tiegħu, u kontra dawn l-akkużi tal-pulizija, kienet Fr. David Muscat.
Dan iż-żagħżugħ kien jismu Melvin Barbara. Fr. David ma kienx jaf lil dan iż-żagħżugħ. Biss ħass li kellu jaqbeż għalih. Forsi ftit jafu li dan il-fatt, bħal dak tal-lum, daħħal lil Fr. David Muscat f’ħafna inkwiet mal-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi u anki mal-pulizija. F’daqqa waħda, dawn spiċċaw imxerkin flimkien, bħal ma ġara fi żmien Kristu meta xxirku kontra Kristu Erodi u Pilatu u saru ħbieb.
Il-verita’ hija li Fr. David Muscat huwa wieħed mill-ftit qassisin li ħa ad litteram dak li qal il-papa Bergoglio jiġifieri li qassis għandu jġorr fuqu r-riħa tal-merħla. Imma min iġorr ir-riħa tal-mogħoż ibati l-konsegwenzi u ma jaħrabx. Li ġġorr ir-riħa tal-merħla tiġi, kif jgħidu bl-Ingliż, “at a cost”.
Sa ddumu zefnu fin nofs lil nies li m ‘ghandhom x jaqsam xejn ma dan il kaz??? Sa dumu ghaddejien b malafami fuq nies inocenti?? Sa dumu takkuzaw u tinpontaw subaghjkom fuq nies ta Valuri t’Alla?? ..TIGUDIKAWX GHAX TIGU IGUDDIKATI INTOM STESS!!
Mela jekk xi hadd imur joqtol waqt li ghadu hiereg mill isptar tghid gennuh it-tobba? Jien kont immur River of Love… ghat talb johorgu massa ta’ nies fosthom min ikun qed izur ghall ewwel darba! Jista jkun li pastor Gordon ma kienx jafu lil Abner. Missek tisthi li ghax Pastor Gordon prova jghinu tghid li qatel minhabba fih… hawnekk il pastor prova jkun samaritan (biex nuza l istess analogija tieghek) u int u min qed jakkuzah falz intom il-Kajfa u l Pilatu. Jekk dan mar jiehu xi drogi jew x ghamel kif twahhal f River of Love!! Isthi.
Mela jekk xi hadd ghadu hiereg mill isptar imur joqtol tghid li gennuh it-tobba? Jien kont immur River of Love… ghat talb johorgu massa ta nies fosthom min ikun hemm ghall ewwel darba! Missek tisthi li ghax Pastor Gordon prova jghinu tghid li qatel minhabba fih… hawnekk il pastor prova jkun samaritan (biex nuza l istess analogija tieghek) u int u min qed jakkuzah falz intom il-Kajfa u l Pilatu. Jekk dan mar jiehu xi droga x ghandu x jaqsam River of Love…. mela Manche se joqghod jigri warajh jisfurzah x jaghmel jew ma jaghmilx! Tac cajt zeffjntu fin nofs hekk biex taghmel artiklu.
Qed nifhem sew li int qed tikkonferma li Abner Aquilina ma kienx casual visitor?
Jien kull meta mort smajt quddiesa, l-qassis qatt ma Neumann bija li nezisti ashen u ara kellimni. Pero lil dan l-pastor tridu bilfors izeffnuh fi nofs. Ma nistax nifhima din.
Se tibqghu sejjrin bijha din? Izeffnu pastor u fellowship shiha. Gibtuhom qishom l-kristjani ta zmien Neruni li kienu iwahhlu kollox fi setta tal-kristjani anka meta haraq lil Ruma.
Jien ilni hdax il sena immur river of love u lil dan Abner la qatt rajtu u wisq inqas naf bieh , dak inhar li gie jien inzertajt ma kontx hemm f lewwel tas sena voldieri zgur ma nafux , imma ibqa cert lil lill pastor Gordon nafu sewwa u huwa genwin f dak li jaghmel ma nafx ghalfejn qedin taqbdu ma dan il proxmu li hilief lil Gesu majxandarx HALLUH TRIDU GHAX GHANDU FAMILJA ITERRORIZATA MINHABBA FIKOM IEQFU