David Thake ħallas it-telefonati li kienu saru fil-kampanja elettorali biex Bernard Grech isir kap

Dan is-sit jinsab infurmat li David Thake kien ħallas it-telefonati li kienu saru matul kampanja elettorali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista biex Bernard Grech ikun elett bħala kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. David Thake kien kontra Adrian Delia u dan wassal biex ta s-support tiegħu lil Bernard Grech. Dan is-sit jinsab infurmat li dawn it-telefonati li kienu saru mit-tim ta’ Bernard Grech waqt din il-kampanja kienu leħqu s-somma ta’ 4000 euro. Din is-somma ġiet kollha mħallsa minn David Thake.

Dan is-sit ġie avviċinat minn partitarju li kien fil-kampanja ta’ Bernard Grech. Dan il-partitarju iħossu urtat kif Bernard Grech rama’ lil David Thake wara l-istorja fuq il-VAT u mbagħad l-istess ħin Bernard Grech għad għandu taxxa mhux imħallsa tal-VAT.

Dan il-partitarju qalli li hu tal-mistħija li Bernard Grech rama lil David Thake. Qalli l-anqas ma hu sew li Bernard Grech ma ddefendiehx meta l-istess Bernard Grech għad għandu jagħti sal-lum flus lid-dipartiment tal-VAT.

Il-bieraħ dan is-sit ippubblika artiklu fejn wera li Bernard Grech għad għandu jagħti flus lid-Dipartiment tal-VAT li jammontaw għal ftit inqas minn 30,000 euros.

Leave a Reply

Your email address will not be published.