Dan is-sit jawgura lil Roberta Metsola kull suċċess

Lejlet l-elezzjoni għall-President tal-Parlament Ewropew, dan is-sit jixtieq jawgura lil Roberta Metsola kull suċċess. Għalina li Maltija bħalna tikkompeti għal pożizzjoni tant għolja fil-Parlament Ewropew huwa ta’ unur kbir u nappoġġjaw il-kandidatura tagħha b’ħeġġa u bl-isbaħ xewqat.

Il-Prim Ministru wera wkoll li n-nazzjoni jiġi qabel kull ħaġa oħra għax huwa dejjem ta’ unur għal pajjiżna li jkollna waħda mil-politiċi tagħna taspira li tieħu din il-pożizzjoni. Dr Abela esprima li jixtieq kull suċċess lil Robert Metsola li għalkemm ġejja mill-partit oppost tiegħu xorta jibqa ta’ unur għalih li jara Maltija takkwista pożizzjoni tant importanti.

Illum nippruvaw ninsew id-diviżżjoni partiġġjana tagħna u nawguraw suċċess lil Roberta li jekk jirnexxielha tieħu din il-pożizzjoni tkun qed tgħolli isem pajjiżna f’waħda mill-għola pożizzjonijiet li joffri il-Parlament Ewropew. Kull Malti u Għawdxi għandu jħossu onorat li waħda minn tagħna tista’ tilħaq il-quċċata fil-karriera politika tagħha. Kull ċittadin ta’ dan il-pajjiż għandu jħoss f’qalbu dak l-orgolju li Maltija bħalna tista’ tagħmel suċċess fil-karriera politika tagħha.

Inwiegħdu li għada ser inkunu ma’ Roberta fil-ħsieb ġenwin tagħna biex nappoġġjaw il-kandidatura tagħha u nagħmlulha kuraġġ. J’Alla s-suċċess jasal biex kull Malti u Għawdxi jħossu kburi. Huma dawn l-istanzi li jagħqdu lill-poplu Malti politikament. Huma dawn l-okkażżjonijiet li dejjem ġagħluna ningħaqdu wara l-persuna Maltija li tkun qed tirrapreżenta lilna l-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Kuraġġ Roberta. Kull qalb Maltija u Għawdxija qed tawguralek kull suċċess. Illum nitolbu għalik u nisperaw li għada niċċelebraw miegħek.

2 thoughts on “Dan is-sit jawgura lil Roberta Metsola kull suċċess

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *