Protesta kbira l-Belt u l-mainstream media l-anqas tagħtha spazju

Illum kellna żewġ protesti fil-Belt. Waħda organizzata minn Repubblika biex tfakkar lil Daphne Caruana Galizia. Jidher li għaliha ma mar ħadd għaliex l-mainstream media evitat li tagħtina r-ritratti tal-udjenza. Biss sew għamlet li rrappurtata din l-attivita’, anki jekk din id-darba, is-suġġett kien il-vjolenza domestika. Dak li jrid jingħad huwa li jekk kien hemm persuna jew mara li qatt ġie rrappurtata fuq vjolenza domestika kienet Daphne Caruana Galizia meta garat il-platti lir-raġel tagħha. Storja li sallum għadha mhux studjata anki din seħħet fl-istess sena meta kien ġie ppreparat l-ewwel attentat kontra l-istess Daphne Caruana Galizia, liema attentat ma kienx twettaq.

Imbagħad kien hemm protesta oħra. Din kienet magħmula minn dawk li huma kontra l-miżuri kontra l-Covid. Dawn imlew pjazza ta’ quddiem il-parlament u l-mainstream media l-anqas għadha tagħtna din l-istorja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *